Il-Kelma tal-Arċisqof

Agħtina ż-żmien neċessarju biex nitgħallmu tassew inħobbu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by Pixabay L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika, l-Evanġelji jfakkruna fit-tmiem. Aħna rridu nikkonfrontaw ruħna mal-qawwa tan-natura, li tfakkarna kemm m’aħna xejn; u, kif kollox, inkluż il-ħolm tagħna, jista’ jiġġarraf f’mument. Illum pereżempju, x’ġurnata ta’ riħ qawwi. Kultant waqt din il-quddiesa se tisimgħu xi tisfira. Ir-riħ ma nistgħux nikkontrollawh, imma jfakkarna li l-idea li aħna in control ta’ kollox, hija ħrafa… Kompli aqra »

Qiegħed ngħix fl-imħabba? – L-Arċisqof

  Freeport, Birzebbuġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli naqsam magħkom ħsieb qasir u xi ħaġa li laqtitni fost dan il-qari li tkellem dwar l-aħħar mumenti tal-eżistenza, kemm ta’ kull bniedem kif ukoll tal-umanità u li huwa qari li jwassalna lejn tmiem is-sena meta mbagħad il-ġimgħa d-dieħla nibdew sena oħra, bl-Avvent. Aħna s-sena tibda mhux fl-1 ta’ Jannar, għalina bħala talb tal-Knisja imma tibda bl-Avvent, b’dak l-istaġun li jħejjina għall-Milied u qegħdin fl-aħħar ġranet ta’ din is-sena li se tispiċċa u l-qari jitkellem dwar l-aħħar żminijiet, l-aħħar mumenti… Kompli aqra »

It-tagħlim tal-Knisja favur il-ħajja la hu għall-bejgħ u lanqas biex inraħħsuh – L-Arċisqof

Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna mħabbar f’din is-solennità għażiża ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu, il-Mulej m’għandu l-ebda ħjiel tad-dinjità regali ta’ din id-dinja. Hu bniedem ikkundannat għall-eħrex eżekuzzjoni: dik tas-salib. Il-kundanna tiegħu li għadda minnha kienet li jkun fgat imdendel mal-għuda. Fost dawk li kienu qegħdin iħarsu lejh umiljat, għall-għajnejn tad-dinja bla poter, għall-għajnejn ta’ niesu bla futur u bla qawwa, kien hemm il-kapijiet li bdew jiddieħku bih… Kompli aqra »

Forsi ta’ min nibdew li ċerti affarijiet nagħmluhom iżjed bil-ħeffa – L-Arċisqof

Diskors tal-Arċisqof waqt il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  Muża, il-Belt Valletta

Diġà smajtu waqt il-quddiesa, allura mhux se ndum. Nixtieq minn issa li biex nippreparaw għal dan il-vjaġġ li wħud minna se jeħodna Lisbona imma mbagħad iwassalna wkoll bħal dan iż-żmien sena biex nikkonkludu dan il-vjaġġ ta’ sena, nibdew naħsbu dwar is-sentenza li l-Papa għażel għal Lisbona 2023: ‘Marija qamet bil-ħeffa biex tkun ta’ servizz’, biex tkun ta’ qadi. Din ix-xi ħaġa niċċelebrawha wkoll minn hawn u ġimgħa oħra meta nibdew l-Avvent… Kompli aqra »

Kemm tkun ħaġa sabiħa li nafdaw ħajjitna f’idejn dan is-Sultan tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum iż-Żgħażagħ

  Il-Knisja ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw il-Festa ta’ Kristu Re, u l-Evanġelju li smajna jippreżentalna min hu r-Re tagħna: bniedem imsallab. Ma għandu l-ebda kuruna fuq rasu jekk mhix il-kuruna tax-xewk; ma għandu l-ebda lbies fuqu għax neħħewlu ħwejġu kollha. Madwaru għandu diversi kategoriji ta’ nies: għandu l-kapijiet, il-Qassisin il-Kbar, li meta jarawh għeri, imdendel ma’ għuda, jiddieħku b’Ġesù. “Salva lill-oħrajn, ħa jsalva lilu nnifsu” (Lq 23:35)… Kompli aqra »

Il-Mulej mhux se jneħħilek il-libertà tiegħek imma jirrispettaha – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illum, ta’ dan il-ġest li bih intom tixtiequ tgħidu ‘grazzi’ u aħna wkoll nifirħu magħkom u għalikom intom u taslu f’dan il- mument daqshekk importanti li fih taraw l-istudji tagħkom jintemmu b’suċċess u jibda f’ħajjitkom kapitlu ieħor.

Il-kelma li smajna llum hija kelma li tagħmlilna kuraġġ. Ġesù jiltaqa’ ma’ raġel li jirrealizza li għandu bżonn l-għajnuna… Kompli aqra »

L-Akkumpanjament: kif, fejn u meta – L-Arċisqof

Id-Diskors tal-għeluq tal-Assemblea Djoċesana

  Is-Sala taċ-ĊAK, Birkirara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom, nirringrazzja wkoll lil dawk li qegħdin isegwuna permezz ta’ Zoom u l-mezzi soċjali.

Din l-Asssemblea Djoċesana, kif spjega tant tajjeb l-Isqof Joe [Galea-Curmi] lbieraħ meta ta l-oriġini tagħha u allura fakkarni mhux biss fl-esperjenza li bdiet mill-1999 sal-2003 – imma bħalma ġara fil-Konċilju Vatikan II meta jkollok esperjenza qawwija, ix-xewqa tiegħek tkun li din ma tispiċċa qatt, kważi l-esperjenza ta’ Għemmaws… Kompli aqra »

In-newtralità tagħna qatt ma tista’ tkun kompliċità mal-ħerba tal-gwerra – L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira

Quddiesa f'Jum it-Tifkira

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa hi waħda mill-aħħar mumenti ta’ Ġesù qabel jasal għall-Ġimgħa l-Kbira; hu wkoll diskors li jitkellem dwar it-tmiem imma jitkellem ukoll dwar il-kunflitti fl-umanità. Donnu Ġesù jgħaqqadhom it-tnejn li huma, donnu qed jgħid minħabba l-kefrija tal-bnedmin u d-dnub fil-qalb tal-bniedem, il-kunflitti jsiru parti integrali mill-istorja tagħna. Ix-xhieda tagħna l-Insara, li mhux dejjem kienet ta’ min ifaħħarha, għandha bżonn tkun ta’ dawk li jġibu l-paċi… Kompli aqra »

Id-dgħufija tagħna m’għandhiex tfixkilna – L-Arċisqof

  Il-Monasteru ta’ Sant’Ursola, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għalina hija dejjem kelma iebsa li nisimgħu lil Ġesù jitkellem dwar il-firda, anzi jgħid: “Jiena ġejt inġib il-firda,” (ara Lq 12:51) meta aħna nafu u nsellmulu bħala l-prinċep tas-sliem, il-prinċep tal-paċi. Jgħidilna: “Jiena ġejt inġib il-paċi fid-dinja”; it-tislima tiegħu li jirrepeti l-Isqof f’kull quddiesa li jqaddes hija ‘l-paċi magħkom’. Għal liema firda qiegħed jgħid? 

L-Evanġelju ta’ San Luqa, kif nafu, kien miktub fi żmien il-persekuzzjoni u ħafna familji ġarrbu t-traġedja tal-firda minħabba l-persekuzzjonijiet… Kompli aqra »

Ħalli lil Alla jagħmlek ġust – L-Arċisqof

Quddiesa f’Jum Internazzjonali Missjunarju

  Il-Bażilika ta' Santa Marija, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Il-ħarsa ta’ Ġesù hi ħarsa ta’ ħniena fuq kulħadd. Illum iħares lejn kategorija ta’ nies, li nnota kienu jafdaw fihom infushom, li huma ġusti u jmaqdru lill-oħrajn. Tgħiduli: ‘dawn in-nies kienu jgħixu fi żmien Ġesù’. Imma nistaqsu lilna nfusna: m’hemmx xi ftit minn dan ukoll fil-qalb tagħna, fil-qalb tiegħi u tiegħek? … Kompli aqra »