In-newtralità tagħna qatt ma tista’ tkun kompliċità mal-ħerba tal-gwerra – L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira
Quddiesa f'Jum it-Tifkira
13/11/2022 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa hi waħda mill-aħħar mumenti ta’ Ġesù qabel jasal għall-Ġimgħa l-Kbira; hu wkoll diskors li jitkellem dwar it-tmiem imma jitkellem ukoll dwar il-kunflitti fl-umanità. Donnu Ġesù jgħaqqadhom it-tnejn li huma, donnu qed jgħid minħabba l-kefrija tal-bnedmin u d-dnub fil-qalb tal-bniedem, il-kunflitti jsiru parti integrali mill-istorja tagħna. Ix-xhieda tagħna l-Insara, li mhux dejjem kienet ta’ min ifaħħarha, għandha bżonn tkun ta’ dawk li jġibu l-paċi… Kompli aqra »