Il-Kelma tal-Arċisqof

“Id-dinjità tiegħek ma tiddependix fuq x’jaħsbu dwarek in-nies!” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-22 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Kappella ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi smajt lil xi ħbieb jgħiduli: ‘Aħna l-Katttoliċi meta nidħlu fil-Knisja dejjem nagħżlu l-bankijiet ta’ wara’, dawk li dejjem l-ewwel jimtlew. Ma nafx għaliex u jekk din il-ħaġa hix ispirata mill-kelma ta’ Ġesù llum li jgħidlek biex meta tkun mistieden tagħżilx il-post ta’ quddiem, iżda agħżel dak ta’ wara ħalli mbagħad min jistiednek jgħidlek biex tersaq ’il quddiem (ara Lq 14:8-10)… Kompli aqra »

Min irid isaltan jitgħallem iħobb – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta’ Marija Reġina

  Il-Knisja Parrokkjali Marija Reġina, il-Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġlu Gabrijel mibgħut minn Alla għand xebba, li kien jisimha Marija, “f’belt tal-Galilija jisimha Nazaret” (Lq 1:26); fid-djalogu ma’ din ix-xebba rżina jitkellem dwar il-wirt tagħha. “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù” (Lq 1:30-31). L-isem Ġesù jiġbor il-missjoni ta’ dan it-tifel: ‘Alla Salvatur’; ‘Yeshua’ – Alla jsalva… Kompli aqra »

Ġesù jpoġġi l-ħniena flimkien mal-ġustizzja fil-qalba tal-Liġi – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù nafuh biżżejjed, ma tantx jogħomdhom il-kliem, imma jagħtina ħjiel fuq xiex irridu nimxu fil-ħajja tagħna għax aħna lkoll b’xi mod ipokriti, jiġifieri aħna, anke jekk għandna xewqa ngħixu tajjeb kultant nogħtru għax dgħajfin, midinibin. U allura ċ-ċanfira ta’ Ġesù tgħodd għal kull wieħed u waħda minna. Min jaħseb li Ġesù mhux qed ikellmu, iħares sewwa lejn il-mera imma lejn il-qalb tiegħu l-iżjed… Kompli aqra »

Il-Mulej jgħaddik mill-bieb id-dejjaq għax iħobbok – L-Arċisqof lill-komunità Xlukkarja

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Is-Santwarju tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm” (Lq 13:22). Dawn is-siltiet li se nibdew naqraw fil-Ħdud mill-Evanġelju skont San Luqa, li din is-sena qegħdin naqraw silta minnu kull nhar ta’ Ħadd; kollha huma parti mill-vjaġġ ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm; vjaġġ li proprju beda bl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda, b’determinazzjoni Ġesù jibda jħares lejn Ġerusalemm. Fejn jitkellem dwar il-persekuzzjoni tiegħu, it-torturi tiegħu u s-salib… Kompli aqra »

X’se jsalvana? X’se jwassalna l-Ġenna? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  ll-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, il-Manikata

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelji li qed nisimgħu f’dawn il-Ħdud huma parti mill-mixja ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm. Diġà qal lid-dixxipli tiegħu — u smajnieha l-Ħadd li għadda — li Ġerusalemm għalih tfisser f’dan il-mument ta’ ħajtu persekuzzjoni, iċ-ċaħda tal-poplu tiegħu, ukoll it-tortura u s-salib.

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm jiltaqa’ ma’ xi ħadd li hu interessat ikun jaf jekk hux se jsalva imma din il-mistoqsija jagħmilhielu b’mod indirett: “Jaqaw ftit huma li jsalvaw?” (Lq 13:23)… Kompli aqra »

Widna tal-paċenzja, qalb li tifhem u istint qawwi u proattiv – L-Arċisqof dwar Mons. Philip Calleja

L-aħħar tislima lil Mons. Philip Calleja, l-appostlu tal-migranti

  Il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iż-żewġ kmandamenti tal-imħabba huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti” (Mt 22:40). Il-Mulej illum jagħtina l-grazzja b’din il-kelma li nifhmu wkoll il-gratitudni li għandha timla ’l qalbna aħna u nagħtu tislima Nisranija u xierqa lill-għażiż Mons. Philip Calleja.

Aħna nafdawh lill-ħniena ta’ Alla, li meta jaqra l-ittra ta’ ħajjitna jaf jibdel il-kliem tagħna fi kliem ta’ grazzja bħalma għamel Philip Calleja, żagħżugħ li meta ltaqa’ ma’ armla rrabjata għax binha kien emigra ma kkuntattjahiex, u indunat li dan iż-żagħżugħ ta’ madwar 19-il sena kien jaf jikteb u jaqra, qaltlu: ‘Ma tiktiblix ittra għat-tifel?’ U hi bdiet tesprimi r-rabja u l-frustrazzjoni tagħha… Kompli aqra »

It-test veru tal-imħabba safja hi l-maħfra lil xulxin – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Naħseb biex nifhmu l-kliem ta’ Ġesù li mhuwiex faċli anke għal widnejna, irridu naħsbu ftit fuq l-aħħar vers li jikkonkludi din is-silta mill-kapitlu 19 ta’ San Mattew: “Ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar u tal-aħħar jiġu l-ewwel” (Mt 19:30).

Ġesù qed jitkellem fuq dinja rasha ’l isfel u sieqha ’l fuq, kollox ta’ taħt fuq. Qed jgħidilna li l-valuri tagħna ta’ kif inkejlu n-nies, iċ-ċirkustanzi huma totalment differenti minn dawk ta’ Alla fil-mentalità ta’ żmien Ġesù imma anke fil-mentalità ta’ żmienna… Kompli aqra »

“Marija turina biċ-ċar li timxi magħna u tħarisna” – L-Arċisqof f’Santa Marija

Quddiesa fis-solennità ta' Marija mtellgħa s-sema

  Il-Bażilika Minuri ta’ Santa Marija, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda bi vjaġġ ta’ Marija. L-Anġlu Gabrijel għadu kemm ħabbrilha li kellha ssir Omm Alla, u hi, tfajla rżina u żagħżugħa, marbuta mal-imħabba kbira għall-poplu Lhudi, tgħid lill-qaddej ta’ Alla l-Anġlu Gabrijel: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!”

Il-vjaġġ lejn Għajn Karem

Mimlija bil-ferħ li ġej mill-ispirtu qaddis ta’ Alla, mimlija bl-imħabba magħmul bniedem fil-ġuf tagħha, imtaqqla bl-għajdut tan-nies bis-suspett ta’ Ġużeppi, li mnebbaħ mill-qaddej anġlu ta’ Alla jilqagħha, mimlija b’dawn l-esperjenzi kollha, Sidtna Marija tilqa’ s-sinjal li ngħatalha, jiġifieri li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun, u “tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija” (Lq 1:39) biex tiltaqa’ ma’ Eliżabetta, il-qariba tagħha li kienet diġà fis-sitt xahar tat-tqala tagħha… Kompli aqra »

X’inhu n-nar li ġab Ġesù? – Jistaqsi l-Arċisqof

Quddiesa fl-20 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  ll-Kappella ta' San Xmun Appostlu, fil-Wardija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li Ġesù, biex jispjega min hu u l-preżenza tiegħu fostna u anke fil-familja li waqqaf, juża l-elementi tan-natura: l-ilma, “min jemmen fija għajn ta’ ilma ġieri toħroġ mill-qalb tiegħu”, in-nifs u l-arja bħala sinjal tal-ispirtu. Jagħtina ħafna tixbihat tas-saltna biż-żrieragħ, bis-siġar u bix-xtieli. Huwa juża l-element tal-art.

Illum ikellmna fuq in-nar, element ieħor importanti u li kull kultura kienet tirrealizza l-qawwa tiegħu… Kompli aqra »

Kun siġra li tissieħeb mal-foresta ta’ siġar li jikbru fis-silenzju – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun David Farrugia bħala arċipriet tal-Parroċċa ta' Ħad-Dingli

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nippreparaw biex niċċelebraw l-Għid tal-Assunta, u intom li ftit ġranet oħra wkoll tiċċelebraw il-festa titulari ta’ din il-parroċċa, ippermettuli nieqaf ftit fuq din l-espressjoni profonda u sabiħa, li tiġbor fiha l-karattru spiritwali u profond ta’ Sidtna Marija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38).

Għażiż Arċipriet Dun David, nawguralek li fil-jiem kollha ta’ ħajtek, filgħodu kif tqum biex tfaħħar lill-Mulej, matulek ja ġurnata, inti u tiltaqa’ mal-poplu għażiż ta’ Alla; fi tmiem il-ġurnata, inti u teżamina, kif hekk hemm bżonn li nagħmlu; fil-kuxjenza tiegħek, tkun tista’ tgħid: jien il-qaddej tal-Mulej… Kompli aqra »