Il-Kelma tal-Arċisqof

It-triq id-dejqa ta’ Ġesù fiha d-diffikultajiet imma twasslek – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew tiġbor tliet kelmiet ta’ Ġesù li mhux bilfors jingħaqdu bejniethom imma l-Evanġelju tal-lum jippreżentahomlna t-tlieta li huma.

L-ewwel kelma ta’ Ġesù hi biex nitgħallmu napprezzaw il-ġid kollu li għamel magħna u jqabblu ma’ dak kollu li hu qaddis: il-ġawhra. Ħafna drabi Ġesù jfakkarna li s-saltna ta’ Alla, il-paċi li jagħtina hu, huma prezzjużi daqs ġawhra fina li xi ħadd isib waqt li qed ifittex ġawhar prezzjuż jew teżor moħbi f’għalqa… Kompli aqra »

“Ersqu għat-tqarbin” – L-istedina tal-Arċisqof fil-festa ta’ Corpus Christi

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù nistħajlu li l-Knisja tagħżel xi Evanġelju jirrakkonta l-mument meta Ġesù jwaqqaf dan is-sagrament. Fil-qari li smajna llum huwa l-Appostlu Missierna San Pawl meta jikteb lill-Koritin li jfakkarna x’ġara u li hu kien irċieva mingħand il-Mulej it-tagħlim li għadda lill-komunità ta’ Korintu. “Il-Mulej Ġesù fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr, qasmu u qal: ‘Dan hu ġismi li ngħata lilkom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi’… Kompli aqra »

Il-ħtieġa li niskopru kemm il-Mulej ma jiddejjaqx jieħu paċenzja bina – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Ivan Scicluna bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Ħal Safi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-laqgħa ta’ Pawlu ma’ Ġesù fit-triq ta’ Damasku hi f’mument ta’ dawl qawwi, qrib nofsinhar, meta fid-deżert ix-xemx tiżreġ. Fl-istess ħin Pawlu jara dawl, li donnu jisboq id-dawl tax-xemx naturali, dawl li għamieh. Għandu bżonn l-għajnuna ta’ sħabu, kif qrajna fit-tieni qari llum, f’rakkont li żgur tafuh tajjeb, intom il-membri tal-parroċċa ta’ Ħal Safi. Kellu bżonn l-għajnuna ta’ sħabu biex jobdi l-Kelma ta’ Ġesù, li tistiednu jmur Damasku… Kompli aqra »

Ngħixu għall-imħabba fraterna, tolleranza u li naċċettaw lil xulxin – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof waqt mument ta’ talb fl-aħħar tislima lil Lassana Cisse

  Il-Moskea Mariam Al-Batool, Raħal Ġdid

On Thursday 16 June 2022, Lassana Cisse was bid farewell at the Mariam Al-Batool Mosque. The prayer was led by Imam Mohammed El Sadi and was attended by Archbishop Charles Scicluna and representatives of non-governmental organisations.

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

First of all I would like to thank you, dear Imam Mohammed El Sadi, for welcoming us here in this mosque and for leading the Muslim prayer for our dear friend, Lassana Cisse… Kompli aqra »

Il-kelma ta’ Ġesù twassalna għal-libertà vera – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan hu forsi l-iżjed tagħlim ta’ Ġesù li nħossuh diffiċli anke għax imur ’l hemm mil-liġi li għalina tagħmel sens: tħobb lil min iħobbok – lil għajrek, u tobgħod lil min jobogħdok. Mhux hekk nagħmlu aħna? L-istint tagħna hekk jgħidilna u nħossu li din xi ħaġa ġusta għax inti almenu tħobb lil min iħobbok mhux tobgħod lil min iħobbok, u lil min jobogħdok tpattilu bl-istess mibegħda… Kompli aqra »

“Il-ħajja umana tibda mit-tnissil u rridu nirrispettawha, hi min hi u hi f’liema ċirkustanza hi” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma nafx jekk smajtux bil-kelma ‘sinodu’. Kulħadd jitkellem fuq is-Sinodu; kollox sinodu. Imma din il-kelma xi tfisser? Ġejja mill-Grieg súnodos u tfisser ‘triq waħda’ jew inkella ‘triq flimkien’, li nimxu flimkien. Fl-Evanġelju li smajna llum, Ġesù juża din it-tixbiha: meta tkun għadek fit-triq ma’ min jixtieq itellgħek il-qorti ⁠—jew ma’ min għandu għalxiex itellgħek il-qorti— tkunu qegħdin f’mixja flimkien, sinodali… Kompli aqra »

“X’qegħdin nagħmlu bil-poter li ksibna?” – Il-mistoqsija tal‑Arċisqof fis-Sette Giugno

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi nistaqsu għaliex Ġesù juża x-xbihat tal-melħ u tad-dawl biex jgħidilna min aħna. Donnu jrid jispjegalna li fil-ħajja tagħna rridu nħarsu lejn dawn ix-xbihat. Il-melħ huwa dak li jagħti t-togħma allura nitolbu li bix-xhieda tagħna, b’ħajjitna, bi kliemna u b’imġibitna nħallu togħma tajba.

Kultant nfakkru ’l xi ħadd li ħalliena u fi kliemna nirrealizaw kemm din il-persuna ħalliet togħma tajba… Kompli aqra »

Ir-Reġina Eliżabetta: xempju ta’ tmexxija – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Platinu tar-Reġina Eliżabetta

  Il-Prokatidral ta' San Pawl, il-Belt Valletta

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

I remember a few years ago, as you would certainly remember, Canon Simon, that on what must have been his last official visit to this pro-cathedral, Prince Philip was introduced to the congregation and we were introduced to him. As we bid farewell, he stopped near me and said, “Shall I tell you a secret? We are all Christians, you know,” and I replied, “Thank God for that.”

I think that is one of his comments that we can actually repeat without causing more trouble… Kompli aqra »

“Spirtu s-Santu, kun il-faraġ tagħna” – L‑Arċisqof fl-Għid il-Ħamsin

Quddiesa bl-għoti tas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti tal-Belt Valletta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù fl-Evanġelju li għadna kemm smajna llum jitkellem dwar l-imħabba: “Jekk tħobbuni, tħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob il-Missier biex jagħtikom Difensur ieħor” (Ġw 14:15-16).

Min hu dan id-Difensur ieħor? Huwa l-Ispirtu s-Santu li llum qegħdin tirċievu bis-Sagrament tal-Griżma bħala s-siġill tal-imħabba ta’ Alla fuqkom. Għaliex l-Ispirtu s-Santu huwa l-imħabba ta’ Alla li tissawwab fil-qalb tagħna. Għeżież żgħażagħ, illum il-Knisja qiegħda tilqagħkom bħala Nsara adulti… Kompli aqra »

Imħabba u tolleranza mhux piki fil-festi – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù qal dan id-diskors – qegħdin naqraw mill-kapitlu 17 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann – ftit qabel ma ġie arrestat u bdiet il-passjoni ħarxa tiegħu, ftit wara li waqqaf is-sagrament tal-Ewkaristija u tana wkoll il-kmandament tal-imħabba. Ħin minnhom jitlob fuq l-appostli, id-dixxipli tiegħu u fuqna: “Ma nitlobx biss għalihom imma għal dawk li għad jemmnu minħabba fihom,” jitlob fuqna d-don diffiċli imma sabiħ tal-għaqda, tal-unità… Kompli aqra »