Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Parlament għandu d-dover jagħti liġijiet li jkunu espressjoni tar‑raġuni, l‑ordni u l‑ġid komuni – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-erbatax-il Leġiżlatura

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħuti, “qisu li l‑imħabba tagħkom ma tkunx wiċċ b’ieħor; taħmlux il‑ħażen; żommu mat‑tajjeb. Ħobbu lil xulxin bħal aħwa; fittxu li tistmaw lil xulxin. Tħallux il‑ħrara tagħkom tibred, tħeġġu fl‑ispirtu, aqdu lill‑Mulej. Ifirħu bit‑tama, stabru fl‑hemm, itolbu bla waqfien.  Aqsmu ġidkom mal‑qaddisin li jinsabu fil‑bżonn; ilqgħu f’darkom lill‑barranin. Bierku lil dawk li jippersegwitawkom; bierku, u la tisħtu lil ħadd. Ifirħu ma’ min jifraħ, ibku ma’ min jibki. Aħsbu f’xulxin l‑istess, taħsbux fi ħwejjeġ kbar, imma fittxu l‑umli… Kompli aqra »

Inħeġġiġkom tersqu lejn il-mejda li ħejja Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju jagħtina ħafna spunti ta’ riflessjoni. Il-kapitlu 6 ta’ San Ġwann li qegħdin naqraw dawn il-jiem, jitkellem dwar il-ħobż tal-ħajja li hu Ġesù stess fil-kelma tiegħu, fil-preżenza tiegħu fil-Knisja, permezz tal-ispirtu qaddis tiegħu imma wkoll fil-misteru kbir tal-ġisem u d-demm għażiż tiegħu fl-Ewkaristija.

Biss, minħabba s-sitwazzjoni preżenti u ċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom, nixtieq nagħmel riflessjoni ċkejkna fuq il-kliem ta’ Ġesù dwar l-ikel tal-ġisem qaddis tiegħu.” Min jiekol ġismi jgħix għal dejjem… Kompli aqra »

Insiru mexxejja kbar bħal San Publiju – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Pubbliju, il Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hi ħaġa sabiħa għal kull wieħed u waħda minna li wara żmien iebes ta’ pandemija qed nerġgħu niltaqgħu biex nagħmlu dan il-pontifikal solenni. Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ dan id-don don li tana b’ San Publiju, l-protos tagħna. Huwa żmien li nerġgħu lura lejn il-mejda li minnha l-Mulej jagħtina l-ġisem u d-demm għażiż tiegħu. L-appell li nagħmel lill-Furjaniżi, bl-interċessjoni ta’ San Publiju, huwa li bi ħġarna nerġgħu lejn dan it-tempju, biex nirringrazzjaw lil Alla ta’ kulma jagħmel magħna u tal-ħniena li juri magħna… Kompli aqra »

Ġesù għażel ġebel imxellef u għamlu kolonni tal-Knisja tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Appostli Filippu u Ġakbu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Filippu mhux l-uniku appostlu li jieħu ċanfira ħelwa mingħand Ġesù. Ħafna drabi, dawn iċ-ċanfiriet, infakkruhom fil-festi ta’ dawn il-qaddisin. Bħal meta donnu tagħmel eżami u teħel u minflok infakkruk fiċ-ċertifikat li qlajt, infakkruk li rċivejt ittra li m’għaddejtx; u fil-festa tiegħek dan. L-Evanġelju ma jaħbilniex l-umanità tal-appostli, u allura anke tas-suċċessuri tagħhom. Inħobb ngħid, li aħna l-isqfijiet writna l-preġji u d-difetti kollha tal-appostli… Kompli aqra »

Iftaħ il-bibien u t-twieqi ta’ qalbek biex tiltaqa’ mal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq is-60 Sena mis-saċerdożju ta’ Mons. Viċenz Deguara

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Sebastjan, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xmun Pietru jiddeċiedi li jirritorna għal dak li kien jaf jagħmel tant tajjeb għall-ħajja tiegħu qabel iltaqa’ ma’ Ġesù. Lil sħabu qalilhom: “Sejjer nistad” (Ġw 21:3). Huma ddeċidew li jmorru miegħu. Ma nafx jekk nesiex li l-Mulej fl-istess xatt ta’ Tiberijade darba kien qallu: “Mil-lum ’il quddiem inti tibda taqbad tistad għan-nies”. Din id-darba kien interessat jaqbad il-ħut.

Jolqotna l-elenku, il-lista li Ġwanni fl-Evanġelju tiegħu, jagħtina ta’ dawn id-dixxipli… Kompli aqra »

“Tiddejqux tammettu li għandkom bżonn ‘il Mulej” – L-Arċisqof lill-ħames djakni ġodda

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi” (Ġw 14:8). Il-kliem ta’ Ġesù lil Pietru, li jirrifjuta l-umiljazzjoni tal-imgħallem u l-Mulej, huwa kliem li nixtieq nipproponih lilkom għeżież ordinandi għad-djakonat.

“Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi”. Il-Mulej qed jagħmel ġest ta’ umiltà, ġest ta’ qadi imma wkoll ġest ta’ purifikazzjoni. F’dak li jgħid lil Pietru nistgħu nifhmu li qed ikellem ukoll lill-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna: ħallini nsaffik, ħallini nippurifikak u ħallini naħsillek saqajk għax jekk ma tħallinix m’għandekx bżonni… Kompli aqra »

“Meta nħossuna mdawrin bid-dlam, l-inġustizzja, l-oppressjoni u l-vjolenza nirrealizzaw li dawn mhux ġejjin mingħand il-Mulej” – L-Arċisqof

Quddiesa għad-delegati tal-Katekeżi fi ħdan il-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej

  L-Oratorju tal-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

I will do some reflections in English e parlerò anche un po’ in italiano. Siamo qui nel oratorio, conosciuto da 400 anni per la tela più grande dipinta da Caravaggio: la decapitazione di San Giovanni Battista. Questa tela è l’unica firmata dal maestro proprio nel sangue che sgorga da questa ferita. Meditando un pò su questo quadro, pensiamo alla sua attualità… Kompli aqra »

Il-missjunarju veru hu dak li jpoġġi l-għażla quddiem il-libertà tal-bniedem – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li tinħass ftit stramba li fl-Evanġelju nisimgħu lil Ġesù jitkellem dwar “il-korla ta’ Alla” (Ġw 4:36). Din xi tkun? Ġesù, mhux dak li għallimna l-parabbola tal-Iben il-Ħali; u tad-drakma, li tilfet munita prezzjuża u fittxet d-dar kollha sakemm sabitha u għamlet festa kbira? Mhux dak li jmur ifittex lin-nagħġa l-mitlufa? Mhux dak li jiekol mal-midinbin u mal-pubblikani?

Ġesù jpoġġi quddiemna għażla u l-għażla hi faċli daqskemm hi diffiċli… Kompli aqra »

Nippruvaw nifhmu l-kobor tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelji li se nibdew nisimgħu f’dan iż-żmien tal-Għid jippruvaw jispjegawlna mhux biss xi tfisser li Ġesù qam mill-mewt imma wkoll xi tfisser il-magħmudija għax aħna, permezz tal-magħmudija dħalna fil-misteru, fir-realtà tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.

Hekk nagħmlu wkoll fis-sagrament tal-qrar, fis-sagrament tal-griżma tal-morda, hekk nagħmlu f’kull quddiesa li niċċelebraw. Aħna minn hawn u ftit ieħor se ngħidu ‘nfakkru l-mewt tiegħek, inħabbru bil-ferħ il-qawmien tiegħek’… Kompli aqra »

“Tibżgħux tkomplu twasslu l-Aħbar it-Tajba” – L-Arċisqof lis-saċerdoti li qed jiċċelebraw 60 sena saċerdozju

  Dar tal-Kleru, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarijiet li timpressjonani mill-Evanġelju ta’ San Mattew li qrajna llum, hi li jinsisti ħafna fuq li Ġesù kien ittradut għal 30 biċċa tal-fidda, prezz li Ġuda aċċetta bit-transazzjoni li għamel mal-kapijiet biex ikun jista’ jagħtihom lil Ġesù.

Imma anke llum nerġgħu nisimgħu b’dawn l-imberkin flus; il-flus li aċċettaw is-suldati biex jagħtu verżjoni uffiċjali ta’ x’ġara fl-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd… Kompli aqra »