Il-Kelma tal-Arċisqof

Ejja niltaqgħu ma’ Ġesù permezz tal-qrar u t-tqarbin – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum, ilaqqgħana ma’ żewġ nisa: waħda adulta li meta tiltaqa’ ma’ Ġesù, tkun ilha 12-il sena bit-tnixxija tad-demm, u oħra żagħżugħa, tfajla ta’ 12-il sena. Jolqotni ħafna l-fatt, li meta l-mara matura mardet, fl-istess żmien twieldet tarbija, li meta tiltaqa’ ma’ Ġesù jkollha wkoll tnax-il sena.

Ġesù jagħtina sinjal permezz ta’ dawn iż-żewġ nisa. Waħda minnhom ta’ adulta tfittxu hi, b’fidi kbira… Kompli aqra »

San Pietru u San Pawl: opra tal-ħniena u tal-grazzja ta’ Alla – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl fl-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom u ma jkollkomx għax tistħu” (Salm 33:6). Dan il-vers mis-salm li qrajna llum f’dil-festa solenni joqgħod tajjeb ħafna għall-esperjenza li kellhom l-Appostli Pietru u Pawlu. It-tnejn li huma kellhom ix-xorti jitfgħu l-ħarsa tagħhom fuq Ġesù. Pietru ħares lejn Ġesù kemm-il darba meta dan kien fostna. L-Iben ta’ Alla magħmul bniedem kien fostna, jgħallem, iterraq u jagħmel il-ġid… Kompli aqra »

Alla dejjem issostnina fil-pellegrinaġġ ta’ ħajjitna – L-Arċisqof

Quddiesa fl-anniversarju mis-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima

  Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb Għawdex

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Mulej għamel miegħi ħwejjeġ kbar.” Hekk għedna fis-salm responsorjali. Hi espressjoni sabiħa li sidtna Marija tgħid hi stess fl-Evanġelju skont San Luqa. U dan is-santwarju għażiż tal-Madonna ta’ Pinu, aħna u niċċelebraw proprju dak li għamel magħha l-Mulej, infakkru t-tlugħ tagħha fis-sema. Ix-xewqa tagħha li ngħidu tliet Ave Marijiet f’ġieħ il-tlett ijiem li għamlet fil-qabar qabel l-assunzjoni tagħha.

Imma rridu nagħrfu li fl-espressjoni tagħha hemm ukoll il-karattru ta’ Marija… Kompli aqra »

San Ġwann il-Battista: xempju ta’ umiltà – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Inroddlok ħajr, għax tal-għaġeb għamiltni!” (Salm 138:14). Din l-espressjoni sabiħa mis-Salm 138, toqgħod tassew tajjeb fuq il-fomm ta’ Ġwanni l-Battista, fil-jum li fih niċċelebraw it-twelid tiegħu. Is-Sinjal li ngħata lil omm Ġesù, fit-tħabbira tal-anġlu, kienet li omm Ġwanni, Eliżabetta, kienet tqila; hi li kienet sterili, u ma setax ikollha tfal. U l-anġlu jgħid lil Marija: “Ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal” (Lk 1:37)… Kompli aqra »

Ġesù jħobbna sal-aħħar qatra ta’ demmu fil-qalb umli tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fis-seklu 17, Ġesù nqeda b’soru Franċiża umli ħafna, Margerita Marija Alacoque, biex jitlob lill-Knisja, li ssir din il-festa. Festa li xtaq li tiġi ddedikata lill-qalb tiegħu: il-Qalb ta’ Ġesù. Bil-qalb nifhmu l-personalità ta’ dak li jkun. Aħna l-Maltin għandna l-istess użu tal-kelma ‘qalb’ meta nirreferu għal xulxin: dak persuna ta’ qalb tajba; qalbu tad-deheb. Meta jkun naqra riħ isfel ngħidu: ‘għandi qalbi sewda’… Kompli aqra »

“Inniżżlu l-għeruq tagħna fl-imħabba u fuqha nibnu ħajjitna” – L‑Arċisqof

Omelija fil-konsagrazzjoni tal-knisja

  Il-Knisja tal-Qalb ta' Ġesù, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif għadna kif smajna fl-Evanġelju ta’ San Ġwann li jissellef il-kliem tal-profeta Żakkarija: “Huma qagħad iħarsu lejn min nifdu.”(Ġw 19:37). Min hu dan ir-raġel minfud? Huwa l-imsallab Ġesù Kristu Sultan tal-Lhud li minflok kissrulu riġlejh bħala l-aħħar daqqa fl-eżekuzzjoni tiegħu, peress li kien diġà miet, fizzjal qabad lanza u nifend il-kustad tiegħu.

Aħna nħarsu lejh u fina wkoll isseħħ il-profezija ta’ Żakkarija u l-kelma li jirrepeti Ġwanni: “Huma qagħad jħarsu lejn min nifdu.” (Ġw 19:37)… Kompli aqra »

It-talba mhux f’li ngħidu bil-fomm imma f’dak li joħroġ mill-qalb – L-Arċisqof

Quddiesa ta’ Corpus Christi b’purċissjoni fit-toroq ta’ Ħal Qormi

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid” (Mk14:12). Din hi domanda li d-dixxipli jagħmlu lil Ġesù. L-Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna li kien l-ewwel jum tal-Ażżmi meta kienu jissagrifikaw il-Ħaruf tal-Għid. U d-dixxipli jagħmlu din id-domanda lill-Mulej: “Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid?” (Mk14:12).

L-Evanġelju ta’ San Mark jinsisti li l-kliem ta’ Ġesù: “Ħudu dan huwa Ġismi, dan huwa Demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna” (Mk 14:22,24) hu propju kliem li Ġesù qal waqt l-Ikla tal-Għid, waqt l-ikla li tiċċelebra il-ħelsien tal-poplu Lhudi li fih il-Mulej juri l-qawwa tiegħu u sseħħ il-wegħda tal-Mulej li jkun dejjem mal-poplu tiegħu… Kompli aqra »

“L-Ewkaristija hi l-ikla tal-aħwa” – L-Arċisqof

Omelija fis-Solennità ta' Corpus

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena ddedikata lill-Evanġelista San Mark, is-silta għal din il-festa, kif inhu xieraq, hi minn dan l-Evanġelju miktub għad-dell tal-appostli Pietru u Pawlu. “Fl-ewwel jum tal-Ażmi meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid” (Mk 14:12), il-kuntest li jagħti l-Evanġelista Mark għar-rakkont tal-Ewkaristija hu proprju l-kuntest tal-Għid li hu l-mixja ta’ ħelsien mill-mewt għall-ħajja, mid-dlam għad-dawl. U r-riferiment speċifiku għall-Ħaruf tal-Għid jurina wkoll li din l-ikla li se jħejji l-Mulej hi wkoll tifkira ta’ sagrifiċċju li jġibilna l-ħelsien… Kompli aqra »

Il-Mulej jagħmel minnek qaddej tal-Ewkaristija – L-Arċisqof lill-Kappillan tal-Ibraġ

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Brian Gialanzè bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Tal-Ibraġ

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja, Tal-Ibraġ

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna hu rakkont għażiż, li jibda u jispiċċa, almenu din is-silta li qrajna llum, fil-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, li jibda u jispiċċa b’riferiment importanti għall-għotja ta’ Ġesù. “Fl-ewwel jum tal-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid” (Mk 14:12). Is-saċerdot, f’kull quddiesa nisimgħuh jgħidilna, hu u jurina lil Ġesù fl-Ewkaristija: ‘Dan hu l-Ħaruf ta’ Alla.’ Jirrepeti l-kliem ta’ Ġwanni l-Battista, meta indika lil Ġesù lid-dixxipli tiegħu, waqt li qalilhom: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja” (Ġw 1:29)… Kompli aqra »

Il-fidi tagħna m’għandix tkun mibnija fuq il-biża’ u d-dehriet – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tat-Trinità Mqaddsa

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha” (Mt 28:19). Din hi l-istedina ħerqana ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju għall-festa tal-lum. “Għammduhom fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” (Mt 28:19). Mela l-kmand ta’ Ġesù mhuwiex biss ix-xandir tal-Bxara t-Tajba, u li aħna l-Insara f’kuntatt mad-dinja, nattiraw iżjed nies għall-familja ta’ Ġesù; imma wkoll li bil-qawwa tiegħu, aħna u l-umanità, nidħlu fil-ħajja ta’ Alla li hu mħabba: il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »