Il-laqgħa tal-għajnejn ittaffi ħafna weġgħat – L-Arċisqof lill-koppji miżżewġin
Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2023
06/01/2024 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Wieħed mill-aspetti kommoventi ta’ din il-festa hu l-misteru kbir tal-imħabba ta’ Alla, li ħerqana li tinfirex mat-trufijiet tal-art, u tlaqqa’ mal-ħniena ta’ Alla lill-ġnus kollha. Illum nistgħu ngħidu li qed niċċelebraw l-inklussività, u l-universalità tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla. Din it-tarbija ċkejkna li twieldet fil-belt ta’ David, mhijiex biss imwielda għall-poplu Lhudi, imma hi wkoll ta’ salvazzjoni għall-ġnus. Ta’ 40 jum, Ġesù jkun f’dirgħajn Xmun fit-Tempju ta’ Ġerusalemm, u li dan “ir-raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael” (Lq 2:25), u jara l-Messija tal-Mulej, imdawwal mill-Mulej stess, iħares lejn din it-tarbija, u jirringrazzja lil Alla li qed jaraha b’għajnejh, qed jaraha wiċċ imb wiċċ, u jgħid, din hi “dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu ta’ Iżrael” (Lq 2:32)… Kompli aqra »