Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof fl-Epifanija: Kif tilqa’ lil Ġesù? Bħala dawl ta’ ħajtek jew sinjal li tmerih?

Quddiesa fis-solennità tal-Epifanija tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna t-tħabbira tal-Għid il-Kbir li se jkun fil-31 ta’ Marzu.

Fil-profezija li tingħata lil Erodi li jixtieq isir jaf fejn twieled dan is-sultan tal-Lhud, l-għorrief tiegħu jikkwotawlu l-profeta: “U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, le m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael” (Mt 2:6). F’din il-profezija jitħabbar mexxej li jkun ragħaj li jagħti ħajtu għall-merħla tiegħu… Kompli aqra »

“Niġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-pajjiż u tad-dinja” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum nibdew is-sena billi nfakkru lil omm Ġesù. Fil-fatt, fis-Sliema u l-Qaddisa insellmulha b’dan it-titlu tant sabiħ: ‘Qaddisa Marija, Omm Alla’. L-omm tgħallimna l-ikbar barka: l-barka tal-imħabba, tal-mogħdrija u tal-ħajja.

Is-Salm tant sabiħ li smajna kantat illum, is-Salm 67, għandu frażi sabiħa li nixtieq noffriha bħala barka wkoll fuq pajjiżna u fuq id-dinja: “Iħenn għalina Alla, u jberikna” (Salm 67:1)… Kompli aqra »

“Nitolbu barka speċjali fuq Iżrael għaliex l-ebda mewt ma tiġġustifika l-ħruxija li qed naraw” – L-Arċisqof

Quddiesa ta' radd il-ħajr fi tmiem is-sena

  Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tmint ijiem wara l-Milied infakkru dak li l-ġenituri ta’ Ġesù għamlu mat-tifel bħala tifel Lhudi: fit-tmien jum ippreżżentawh għaċ-ċirkonċiżjoni, għall-ħtin, u formalment ingħata l-isem magħżul għalih.

L-isem iddikjarah Ġużeppi u kkonfermatu Marija. Imma aħna nafu li fl-Evanġelju ta’ San Luqa (Lq 1:31), lil Marja l-anġlu jgħidilha: “U int issemmih Ġesù”. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew, fil-ħolma, l-anġlu lil Ġużeppi jgħidlu li “hi jkollha tifel u inti ssemmih Ġesù” (Mt 1:21)… Kompli aqra »

Ippromwovi l-ispirtu tal-familja mqaddsa fil-missjoni tiegħek – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Dun Anton, inti u tibda din il-missjoni, bħala ragħaj f’din il-parroċċa, nawguralek li bħal Xmun, dan ir-raġel ġust u tajjeb, ikollok fuqek il-faraġ tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej. Hekk jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Luqa: “F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu” (Lq 2:25). F’din is-silta li għadna kemm smajna, jissemma kemm-il darba l-Ispirtu qaddis tal-Mulej… Kompli aqra »

Ġesù hu s-sinjal tal-ħniena u l-imħabba t’Alla għalina – L-Arċisqof

Quddiesa fl-aħħar Ħadd tal-Avvent u l-festa tal-Familja Mqaddsa

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santu Wistin, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa tal-Familja Mqaddsa llum u dis-sena jinqara l-Evanġelju tal-Kandlora, tal-Preżentazzjoni tal-Mulej li aħna niċċelebraw propju 40 jum wara l-Milied fit-2 ta’ Frar.

L-idea li nantiċipaw dan l-Evanġelju hi li niltaqgħu ftit ma’ Ġużeppi, Marija u Ġesù f’wieħed mill-vjaġġi tagħhom lejn Ġerusalemm. Sena minnhom meta nagħmlu din il-festa nfakkru vjaġġ ieħor meta Ġesù kellu 12-il sena u ntilef. Sena oħra nagħmlu r-rakkont tar-ragħajja li jiltaqgħu mal-familja ta’ Nazaret fl-għar ta’ Betlehem… Kompli aqra »

Il-Milied hu l-milja tal-imħabba li tingħata bla ma tistenna xejn lura – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Milied

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna innu tassew antik li l-komunità kienet titlob fil-liturġija, fit-talb tagħha biex tiċċelebra dak li qegħdin infakkru llum: l-Iben t’Alla sar bniedem. U dan l-innu liturġiku daħal ukoll fil-Evanġelju skont San Ġwann, l-aħħar Evanġelju li nkiteb.

F’din in-nisġa ta’ ħsibijiet niltaqgħu mal-identità ta’ Ġesù. Huwa l-Kelma ta’ Alla. Huwa d-dawl, il-ħajja. Huwa wkoll l-Iben t’Alla magħmul bniedem… Kompli aqra »

Ir-responsabbiltà li jġib miegħu t-twelid ta’ Ġesù – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl, Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq nirringrazzja liċ-ċkejken Samuel li fil-prietka tradizzjonali tat-tifel ġabar is-sinifikat profond ta’ dan il-misteru. Ma nafx x’jista’ jżid l-Isqof ma’ dak li qalilna Samuel illejla. Fil-ħsieb qasir tiegħi nixtieq li flimkien nimmeditaw fuq kelma li qalilna l-Appostlu Missierna San Pawl f’ittra li kiteb fix-xjuħija tiegħu waqt li kien pruginier Ruma lil wieħed mid-dixxipli żgħażagh tiegħu, Titu: “Dehret il-grazzja ta’ Alla” (Tit 2:11)… Kompli aqra »

Il-ħames teżori li jfasslu s-soċjetà Maltija

Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-lejl qaddis tal-Milied infakkru messaġġ sabiħ li wasslu l-anġli lir-ragħajja ta’ Betlehem: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u paċi fl-art” (Lq 2:14). Paċi fl-art lill-bnedmin li Alla jħobb tassew; paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. 

Din is-sena, aħna u nħarsu lejn l-Art Imqaddsa, nitolbu b’talba ħerqana għall-paċi u nibku eluf u eluf ta’ vittmi tal-ħruxija tal-bniedem. Donnu Erodi għadu magħna fil-qalb ta’ kull bniedem… Kompli aqra »

L-ikbar festa tal-Milied hi f’qalbna – L-Arċisqof

Quddiesa tal-aħħar Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella tal-Qalb ta' Ġesù, Tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tat-tħabbira tal-Mulej jippreparana b’mod immedjat għall-festa li se niċċelebraw propju mil-lejla ’l quddiem.

Dan l-Evanġelju huwa ta’ disa’ xhur ilu għax aħna niċċelebrawh u naqrawh b’solennità kbira fil-25 ta’ Marzu, disa’ xhur qabel il-25 ta’ Diċembru qabel jum il-Milied. L-Evanġelju tal-lum ifakkar it-tnissil ta’ Ġesù, il-mument meta Ġesù, it-tieni persuna tas-Santissima Trinità, l-Iben ta’ Alla jibda jeżisti fil-ġuf ta’ mara bħala bniedem… Kompli aqra »

Min tgħallem jaħfer għandu l-paċi – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof wara dimostrazzjoni bil-Bambin fit-toroq tal-Belt Valletta

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna ħsibijiet sbieħ tal-maħbub San Ġorġ Preca. Li xtaq din id-dimostrazzjoni, kif kien isejħilha, u li bdiet fl-1921, mitt sena ilu. Waħda mit-talbiet sbieħ ta’ Dun Ġorġ, li tiġbor fiha wkoll it-talba li nixtieq li nagħmlu f’dan il-Milied, hi talba sempliċi ħafna. U ngħiduha flimkien: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’. Il-mixja tagħna llum, bejn traxxixa u oħra, bir-riħ, fit-toroq sbieħ u ħelwin tal-kapitali tagħna, trid tkun din ix-xhieda sempliċi, li aħna għandna bżonn nitgħallmu mit-tarbija ta’ Betlehem… Kompli aqra »