L-Arċisqof lill-Ġudikatura: Kunu xewka għal min ma jridx iħallas għat-taħwid tiegħu u sinjal ta’ tama għal min irid jgħix sew
Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi
01/10/2021 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-Kelma ta’ Alla li llum il-Knisja qed taqra fil-knejjes kollha madwar id-dinja, titkellem dwar il-ġustizzja u l-ġudizzju. Il-ġustizzja, jgħidilna l-ktieb tal-profeta Baruk, “hi min-naħa tal-Mulej Alla tagħna” (Bar 1:15). Quddiem din il-ġustizzja li għandha għajn divina — għax Alla la jqarraq u lanqas jitqarraq — il-ġustizzja tagħna tidher dgħajfa u fallibbli. “Iżda min-naħa tagħna,” jgħid il-profeta Baruk, “kif aħna llum, aħna għandna l-għajb ma’ wiċċna” (Bar 1:15)… Kompli aqra »