Il-Ħadd 19 ta’ Settembru 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna bierek l-uffiċini l-ġodda tal-MUMN waqt l-inawgurazzjoni tagħhom f’Ħal Qormi fil-preżenza tal-President ta’ Malta George Vella, il-President tal-MUMN Paul Pace u uffi`ċjali tal-MUMN. L-inawgurazzjoni saret f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-union.

Mons. Arċisqof talab biex fil-mumenti diffiċli u delikati tal-ħajja l-qwiebel ikomplu jkunu ministri tal-ħajja. Żied jgħid: “Nitolbok Mulej tbierek dawn l-uffiċini imma speċjalment lil min se jużahom, min se jitħarreġ hawn, id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu biex fuq kollox l-ispirtu li jmexxi lil dak kollu li jsir hawn ikun favur il-marid, is-servizzi tas-saħħa, il-familji u s-saħħa mentali tan-nurses u l-midwives u fuq kollox li naħdmu għal soċjetà mimlija solidarjetà u għożża.”

More Photos >>