Il-Kelma tal-Arċisqof

Fuq il-passi tat-tnax-il appostlu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa joħroġ biċ-ċar ħafna li l-appostli joħorġu mill-qalb ta’ Ġesù imma wkoll joħorġu mit-talb tiegħu. Aħna u nitolbu biex inkunu fidili lejn Ġesù u lejn il-Knisja tiegħu li hi mibnija fuq l-appostli, għandna bżonn nitgħallmu din il-lezzjoni sabiħa li jagħtina l-Mulej: “Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, għalxejn jitħabtu l-bennejja. Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, għalxejn jishar l-għassies”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Aħna ltqajna ma’ Ġesù?

Quddiesa fit-tifkira ta' San Bartilmew

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

X’kien qiegħed jagħmel Natanael taħt is-siġra tat-tin? Ma nafux. Ma naħsibx li kienet xi ħaġa privata li se jsemmilu Ġesù. Is-siġra tat-tin, peress li tagħmel frott ħelu, fl-Iskrittura hija dik li tfakkarna fil-ħlewwa tal-Kelma ta’ Alla.

Ir-reazzjoni ta’ Natanael hija immedjata u nistgħu nifhmu li allura, Natanael — dan l-Iżraeli li jistħoqqlu dan l-isem — xi ħaġa li jgħidha Ġesù li “ma hemm ebda qerq fih” (Ġw 1:47), kien qiegħed jitlob għall-miġja tal-Messija mwiegħed fl-Iskrittura, imwiegħed fil-Kelma ta’ Alla… Kompli aqra »

It-tagħlim ta’ Ġesù ma jinbidel qatt – L-Arċisqof

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-Ħadd, għalkemm qegħdin fis-sena ddedikata lill-Evanġelju ta’ San Mark, nikkonkludu l-qari minn kapitlu 6 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann. Imma peress li l-Evanġelju ta’ San Mark huwa qasir, f’diversi Ħdud ikollna siltiet oħra mill-Evanġelju ta’ San Ġwann.

Fil-Ħdud li għaddew, apparti l-Ħadd li għadda li ddedikajnieh lill-Assunta, smajna kif il-poplu kien immeraviljat bil-qawwa ta’ Ġesù li jkattar il-ħobż, u riedu jagħmluh sultan u fir-raħal adottiv tiegħu, Kafarnahum, jidħol fis-sinagoga u jitkellem dwar il-ħobż li niżel mis-sema li hu huwa stess, it-tagħlim tiegħu u lejn l-aħħar tal-kapitlu… Kompli aqra »

Il-Mulej jistieden lil kulħadd – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum hi impenjattiva ħafna. Ta’ min jinnota li din il-parabbola Ġesù jgħidha lil kategorija partikolari ta’ nies. Kellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-Fariżej (ara Mt 21:45). Huma n-nies li kienu jafu l-liġi, in-nies li kellhom il-kult f’idejhom, il-poter reliġjuż f’idejhom.

Qed jinsisti magħhom li donnhom irċevew l-istedina għall-festa tat-tieġ, għall-festa ta’ mħabba u kulħadd kellu x’jagħmel, kulħadd qal ‘le’… Kompli aqra »

It-teżor veru hu l-paċi tal-qalb – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-mentalità prevalenti fi żmien Ġesù, imma forsi mhux inqas fi żmienna; li jekk inti għani, għandek ħafna flus, allura inti mbierek, jew inkella bniedem ta’ suċċess, għax il-kwalità tal-ħajja tiddependi mill-flus. Ġesù qed jgħallimna li dan kollu hu bluha. Li jekk it-teżor veru tal-bniedem hu l-paċi tal-qalb u Saltna tas-Smewwiet, mhix kwistjoni ta’ għana; imma kwistjoni ta’ qalbek fejn qiegħda… Kompli aqra »

B’ħarsitna fuq Marija niftakru li l-Mulej għażilha bħala ommna, għax għażilna bħala wliedha – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija

  Il-Bażilika Minuri ta' Santa Marija, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek u int, għax hu sidek, agħtih qima” (S 44:12). Fl-innu sabiħ li għadna kemm smajna fl-Evanġelju minn San Luqa: ‘Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej’ jew il-Magnificat, Marija propju tagħmel dak li jissuġġerixxi s-Salm 44 li smajna bħala Salm Responsorjali llum. “Agħtih qima u int, għax hu sidek, agħtih qima”.

“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla, is-salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu” (Lq 1:46-47)… Kompli aqra »

L-Assunta hi tama għalina lkoll – L-Arċisqof

Quddiesa tal-vġili tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!” (Lq 11:27) L-espressjoni ta’ din il-mara li smajna fl-Evanġelju tal-lum hi wkoll espressjoni tal-Knisja llum, fis-solennità tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija. Il-grazzja kbira li ta l-Mulej lil ġisimha li ġarr fil-ġuf tiegħu lill-Iben t’Alla magħmul bniedem li ma jarax it-taħsir. Imma jiġi rxuxtat, mhux bil-qawwa tagħha nnifisha bħalma ġara fil-każ ta’ Ġesù fl-Għid il-Kbir, imma fl-Għid tal-Assunta, hi l-ħniena t’Alla li tħares il-ġisem ta’ Marija mit-taħsir tal-qabar… Kompli aqra »

Għad irridu nibdew naħsdu l-frott ta’ din l-għotja ta’ imħabba kbira ta’ Fr Nicholas – L-Arċisqof

Il-Quddiesa tal-funeral ta' Dun Nicholas Cachia

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Nikola, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Wieħed mis-serafini ttajjar lejja, ġamra nar f’idu li hu kien qabad bi mqass minn fuq l-artal u messli fommi biha u qalli: ‘Ara din missitlek; xofftejk ħżunitek għabet, dnubek inħafer’. Imbagħad smajt leħen lili jgħidi: ‘Lil min se nibgħat? Min se jmurilna?’ U jiena weġibt: ‘Hawn jien, ibgħat lili’” (Iż 6:6-7).

Minn fuq l-artal ta’ din il-parroċċa għażiża ddedikata lill-patrun tiegħu San Nikola, Fr Nicholas żamm u għożż il-ġamra li fejqitu u ħeġġitlu ’l qalbu… Kompli aqra »

Maħfra mill-qalb – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ma kienx immissek int ukoll tħenn għal sieħbek kif ħennejt jien għalik?” (Mt 18:33). Din hi l-mistoqsija li s-sinjur qal lill-qaddej li kellu jagħtih ħafna; għax is-somma ta’ għaxart elef talent hi somma enormi; impossibbli tħallasha. Din il-mistoqsija ta’ min niftakru fiha, kull darba li tiġina tentazzjoni li nwebbsu qalbna għal xi ħadd; li forsi jkun għamlilna deni, ikun għamlilna l-ħsara, ikun qal xi kelma iebsa fuqna, malafama jew ivvinta gidba fuqna – kalunja; jew għamlilna l-ħsara b’mod ieħor: bis-serq, bl-inġustizzja, forsi bi qtil… Kompli aqra »

Inkunu qaddejja għal xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Lawrenz, djaknu u martri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum, li hija kelma speċjali magħżula għall-festa ta’ San Lawrenz, tirrepeti ħafna l-kelma ‘qaddej’ jew ‘qadi’ anke għaliex San Lawrenz kien djaknu. Il-kelma ‘djaknu’ ġejja mill-Grieg li tfisser qaddej, diakonos. Il-qadi huwa d-djakonija. Aħna fil-fatt f’kull djoċesi jkun hemm il-ministeru tad-djakonija, il-ministeru tal-qadi, u għalhekk illum, aħna u niċċelebraw il-festa ta’ San Lawrenz, irridu niċċelebraw ukoll dak li fil-Knisja huwa l-ministeru tal-qadi… Kompli aqra »