Il-Kelma tal-Arċisqof

Familt Ġesù hi kull min jagħmel ir-rieda tal-Missier – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ejjew nimmaġinaw ftit lill-Madonna, lil Marija ta’ Nazaret tisma’ dan il-kliem ta’ Ġesù. Jekk ma semagħtux direttament għax baqgħet barra d-dar fejn kien Ġesù, żgur wassluhulha. Ikun hemm min iwassalulha b’iżjed aċċent.     

“Min hi ommi? Min huma ħuti?” (Mt 12:48). Hu kliem li mad-daqqa t’għajn jinstema’ iebes fil-konfront ta’ Marija ta’ Nazaret, il-mamà tiegħu u anke tal-qraba tiegħu li l-Evanġelju jirreferi għalihom dejjem bħala l-aħwa ta’ Ġesù, ħutu… Kompli aqra »

Il-paċenzja hi l-lingwa tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twaqqif tal-Knisja tal-Bidnija

  Il-Knisja tas-Sagra Familja, il-Bidnija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Mitt sena ilu, intom in-nies tal-Bidnija, missirijietkom, inawguraw din il-knisja li kienu bnew b’idejhom stess. Ħallsuha minn buthom, u għal żmien kienet magħrufa ‘l-Knisja tal-Mitt Lira’. Imma din il-knisja ħelwa tiġbor fiha, dedikata lill-Familja Mqaddsa, il-fidi tagħkom, u t-talba li tagħmlu llum lill-Mulej. Tiġbor il-fidi tagħkom għaliex komunità, li tagħti ħajjitha biex tibni knisja; mhux qed tibni dar, fejn dak li jkun joqgħod u jgħammar mal-familja tiegħu… Kompli aqra »

Il-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Papàs Martin Zammit

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Papàs Martin Zammit bħala l-kappillan tal-parroċċa Griega-Kattolika ddedikata lil Sidtna Marija ta’ Damasku

  Il-Knisja ta' San Nikola, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Insellem lil kull min qiegħed isegwina permezz tal-mezzi tax-xandir u lill-komunità Griega-Kattolika li qed tiltaqa’ hawnhekk illum biex tagħti merħba lill-Kappillan, il-Papàs il-ġdid tagħha Fr Martin Zammit

L-Evanġelju li għadna kemm smajna, li huwa fiċ-ċiklu tal-qari li titlob il-Knisja bir-rit Biżantin, huwa mill-kapitlu 5 ta’ San Mattew. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba” (Mt 5:14)… Kompli aqra »

Għatx għall-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu

  Il-Bażilika Minuri tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-ewwel qari ta’ din il-festa solenni tal-Madonna tal-Karmnu smajna silta minn kapitlu 18 mill-ewwel ktieb tas-Slaten. Is-silta tirrakkonta dak li ġara meta Elija tela’ fuq il-quċċata tal-Karmelu, dan il-grupp ta’ muntanji li jħarsu lejn il-Mediterran, u nxteħet fl-art, u qiegħed wiċċu bejn għarkupptejh (1 Slat 18:42) u beda jitlob. X’kien ġara?

Il-Mulej kien inkwetat b’dak li kien qed jagħmel il-poplu għażiż tiegħu, u lill-profeta tiegħu qallu: “Ma tagħmilx xita sakemm inti ma tagħtix il-kelma tiegħek għax inti bagħtek tkellimhom f’ismi”… Kompli aqra »

Hemm qawwa kbira f’li tagħder u tħenn – L-Arċisqof

Quddiesa b'tifkira ta' San Bonaventura

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hi silta qasira ħafna din, minn kapitlu 11 ta’ San Mattew. Hi waħda mis-siltiet tal-ikbar faraġ li nsibu fl-Evanġelji. L-ewwel nett Ġesù ma jbiegħed lil ħadd. Kultant aħna naħsbu li rrabjat magħna, li għandu l-geddum magħna. “Ejjew għandi” (Mt 12:28). Ta’ min nieqfu fuq din l-istedina ta’ Ġesù. M’hemmx għalfejn tistaħbew meta nkun għaddej jien: Ejjew għandi. Lil min qed jistieden? … Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: X’responsabbiltajiet għandna bħala soċjetà?

Quddiesa fit-tifkira ta' San Enriku

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkellem lill-ibliet. Interessanti li jagħżel ibliet li fihom għamel ħafna mirakli. Ovvjament għamel il-mirakli għax sab il-fidi tan-nies, b’mod speċjali l-morda, dawk li kienu maħkuma mill-qawwa tax-Xitan, il-fqar. Jitkellem dwar Korożajn, jitkellem dwar Betsajda, li diversi dixxipli kienu minn din il-belt. Ġwanni u Ġakbu, Indrì u Xmun kienu minn Betsajda. Kafarnahum kienet il-belt fejn imbagħad għex Pietru, fejn Ġesù ppriedka ħafna u kellimna dwar l-Ewkaristija li nsibu fil-kapitlu sitta ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Nagħmlu għażliet li jkunu ta’ legalità, ġustizzja u integrità – L-Arċisqof f’Jum il-Pulizija

Quddiesa f'Jum il-Pulizija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 10 ta’ San Mattew miktuba f’kuntest speċjali ħafna: il-kuntest meta l-komunità Nisranija kienet għaddejja minn persekuzzjoni l-iżjed ħarxa. It-twemmin f’Ġesù kien qed jifred il-familji, iwassal għall-mewt, joħloq inkwiet u kultant ukoll kunflitt. Il-kelma ta’ Ġesù tiġi mfakkra f’dan il-kuntest, kuntest ta’ għażla li mhix dejjem faċli. Bħal min irid jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin.

M’ilux kont qed naqra ktieb ‘Dying to live’ ta’ Danielle Vella, li jġib rakkonti ta’ diversi refuġjati u migranti… Kompli aqra »

Kun int iż-żejt li l-Mulej iferra’ fuq il-komunità tiegħek – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Joseph Mamo OFM Conv. bħala kappillan tal-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien għamel l-esperjenza tal-missjoni tiegħu, u beda jgħallem u jfejjaq. Fl-Evanġelji tal-Ħdud li għaddew, rajna lil Ġesù jterraq fil-Galilija, ifejjaq u saħansitra jqajjem mill-imwiet lit-tifla ta’ Ġajru. Illum mar fir-raħal fejn trabba u jħoss li ma jilqgħuhx. L-urġenza li jwassal l-aħbar it-tajba tas-saltna tal-Missier hi qawwija ħafna; u jagħżel li jsieħeb miegħu wħud mid-dixxipli, minn dawk li kienu qegħdin isegwuh, li l-komunità bdiet issejħilhom it-Tnax, “u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena” (Mk 6:7)… Kompli aqra »

Li tindem tfisser li tbiddel il-mentalità tiegħek – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Benedittu, patrun tal-Ewropa

  Il-Knisja ta' Sant'Anna fil-Monasteru ta' Santa Skolastika, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jsieħeb miegħu grupp ta’ rġiel li skont it-tradizzjoni, l-ewwel komunità kienet issejħilhom ‘it-tnax’. Tnax kienu dawk li Ġesù għażel biex ikunu miegħu imma wkoll jibgħathom fil-missjoni tiegħu. Ma ninsewx li m’ilux fakkarna li meta Ġesù mar f’pajjiżu ma laqgħuhx u allura jiddeċiedi jmur fil-bliet kemm tal-Galilija u kemm tal-Lduhija jħabbar il-Bxara t-Tajba. Imma Ġesù ma jistax ilaħħaq waħdu u allura jsejjaħ lil dawn it-tnax u jibda jibgħathom tnejn tnejn  filwaqt li jagħtihom is-setgħa tiegħu nnifsu: is-setgħa fuq l-ispirti l-ħżiena (Mk 6:7)… Kompli aqra »

Ir-refuġjati jsofru minħabba ‘l-inumanità tal-bniedem lejn il-bniedem’ – L-Arċisqof

Diskors fit-tnedija tal-ktieb ‘Dying to Live – Stories from Refugees on the Road to Freedom’

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Message by Archbishop Charles Scicluna

Thank you for this extraordinary experience of listening to you Danielle [Vella] and you Daniel [Jude Okoeguale] for sharing your experiences. After reading pages of the book I found it gripping but also very moving. And I find that we need to share these narratives, because we need to make statistics alive. And thank you very much Daniel for your witness because you are not a number, you are a brother… Kompli aqra »