Il-Kelma tal-Arċisqof

Stedina biex qalbna tfur bit-tama – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tas-sejħa tal-Madonna ta' Pinu

  Is-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu, l-Għarb

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid” (Ġw 2:3). Nixtieq li llejla, fis-Solennità Tal-Madonna ta’ Pinu, nirriflettu fuq il-ħarsa ta’ Marija: ħarsa ġwejda, ħarsa umli imma ħarsa mimlija għerf, li biha tagħraf lil bniedem minn xhiex ikun għaddej. Irrealizzat li dawn iż-żewġ għarajjes minn Kana tal-Galilija, li kienu qegħdin jiċċelebraw it-tieġ tagħhom, kellhom problema u qalet lil binha x’kienet qed tinnota: “Ma għandhomx inbid”… Kompli aqra »

Kif għandha tkun l-imħabba ta’ kull missier? – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Missier

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ix-xena tal-Evanġelju tal-lum hija propju fl-għadira enormi ta’ Ġenesaret jew inkella magħrufa wkoll bħala l-Baħar tal-Galilija. Huwa baħar ta’ ilma ħelu, mhux bħall-Mediterran li huwa baħar mielaħ. Huwa wkoll għadira ħafna ’l isfel mil-livell tal-Baħar Mediterran u mdawwar bl-għoljiet u bil-muntanji. Allura tinżel arja kiesħa malli tmiss il-baħar jew inkella meta l-ilma li jkun relattivament sħun jinqalgħu ħafna tempesti fuq din li aħna nafuha bħala l-Għadira tal-Galilija, il-Baħar tal-Galilija… Kompli aqra »

Kriżi ta’ umanità u ta’ fidi? – L-Arċisqof

Messaġġ fl-Aġġornament tal-Kleru 2021

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna

L-ewwel nett insellem lil kull min qed jieħu sehem u nirringrazzja ħafna u mill-qalb lil kull min ipprepara u ħa sehem bil-preżentazzjonijiet li kellna dalgħodu. Għandna ħafna materjal x’nomogħdu; jiġifieri diffiċli ħafna toħloq reazzjoni meta inti f’dawn id-90 minuta kont ibbumbardjat b’tant informazzjoni, b’tant osservazzjonijiet, b’tant riflessjonijiet; inklużi anke r-riflessjonijiet profondi li ta Ranier Fsadni. 

Nirringrazzja ħafna lill-Fakultà tat-Teoloġiija li ffaċilitat din ir-riċerka li għandha l-validità tagħha, imma nifhmu wkoll, li hemm persentaġġ għoli tal-popolazzjoni tagħna li ma jirrispondux sondaġġi online, jiġifieri rridu nagħmlu wkoll riċerka qabel nieħdu konklużjonijiet apodeittiċi (stabbiliti b’mod ċar) jew dommatiċi li dawk l-elf persuna jew iżjed li rrispondew huma ta’ ċertu indikazzjoni, imma hemm ukoll perċentwal ta’ nies li jkunu fuq Facebook, imma mhux bilfors jirrispondu sondaġġi online… Kompli aqra »

“Ġid lil kulħadd, deni lil ħadd”

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-introduzzjoni tal-quddiesa smajna kemm hu diffiċli li ngħixu dan id-diskors, u hekk hu. Jiena u nitlob fuq din is-silta, baqa’ jidwi f’qalbi u f’moħħi l-kliem ta’ Dun Ġorġ Preca: “Ġid lil kulħadd, deni lil ħadd”. Jekk nimxu fuq dan il-kliem konkret ta’ dan il-qaddis Malti, naħseb nersqu ħafna lejn dak li jrid Ġesù: ġid lil kulħadd, hu min hu. Ġesù qed jgħallima biex ma nimxux bl-uċuħ… Kompli aqra »

Il-bżonn li nitgħallmu nistennew liż-żerriegħa tikber – L-Arċisqof

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

San Mark jipprova jispjegalna għaliex Ġesù, meta kien jitkellem, juża t-tixbihat, il-parabboli. Hu jgħid li kien jagħmel hekk biex ikunu jistgħu jifhmuh. L-eżempji li Ġesù juża waqt li qiegħed jitkellem mal-bdiewa ġejjin proprju minn dik id-dinja: taż-żera’ tal-ħsad. Kemm-il-darba jitkellem fuq in-nagħaġ, fuq is-siġar, u fuq l-ambjent ta’ madwarna. L-għajn ta’ Ġesù kienet tosserva ħafna u hekk jagħmel illum biex jagħtina żewġ lezzjonijiet importanti ħafna… Kompli aqra »

Taqtax qalbek għall-bidu li hu ċkejken – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Sibt tal-Bambina

  Il-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħtina żewġ tixbihat illum, meħuda mid-dinja tal-ħxejjex u mill-biedja. Kien jinnota ħafna l-kampanja ta’ żmienu, u fl-Evanġelju nsibu riferiment għal diversi ħxejjex u sitwazzjonijiet li huma qrib tagħna wkoll fil-Mediterran.

Fl-ewwel tixbiha, Ġesù donnu jqabbel is-Saltna t’Alla, dan il-proċess, li permezz tiegħu aħna nersqu lejh u lejn il-ħniena tiegħu; bħala xi ħaġa li tinżera’ fil-qalb tagħna, li mbagħad trid żmienha… Kompli aqra »

Inpoġġu l-għeruq tagħna fl-imħabba

Quddiesa fis-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù

  Il-Kappella tar-Residenza San Vincenz de Paul, il-Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din il-knisja tassew sabiħa nħarsu lejn l-istatwa ta’ Ġesù b’idejh miftuħa u bil-qalb tiegħu mdawra bix-xewk li jfakkarna fil-kuruna tax-xewk li laqa’ fil-passjoni ħarxa tiegħu u li tfakkarna wkoll fi dnubietna. Imma qalb Ġesù hi mimlija ħeġġa, mimlija nar ta’ mħabba għal kull wieħed u waħda minna. L-Evanġelju li qrajna, li huwa l-Evanġelju tal-passjoni ta’ Ġesù skont San Ġwann, ifakkar li s-suldat qabad lanza u biha nifed il-kustat tal-Mulej u mill-qalb minfuda tiegħu ħarġu demm u ilma (Ġw 19:34)… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Se nħallu r-rabja tirkibna?

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kliem ta’ Ġesù li smajna llum huwa kliem iebes għax min jaf kemm fir-rabja ngħidu affarijiet lil xulxin. ‘Ġifa’, ‘iblah’ (Mt 5:22); għalina dawn il-kliem huma soft. Meta nirrabjaw għal xulxin nużaw kliem ħafna iżjed avventuruż u l-immaġinazzjoni hi bla qies. Kultant nitfgħu xi dagħwa ’l hawn u ’l hemm għall-effett. Donnu meta nkunu rrabjati għal xulxin, qisna l-ħin kollu bit-trikki trakki… Kompli aqra »

“Mulej, saffi kull għemil tajjeb tagħna” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom il-melħ … intom id-dawl” (Mt 5:13,14). Il-melħ, b’mod speċjali fi żmien Ġesù, huwa l-element li jippreżerva mill-korruzzjoni; huwa dak li jagħti t-togħma. Meta jgħidilna “intom il-melħ tal-art” qed jagħtina missjoni li bl-eżempju tajjeb u bl-għażliet tagħna ma nkunux parti mill-problema imma parti mis-soluzzjoni.

Ġesù  jitkellem ukoll dwar il-melħ li jaqta’ u jgħidilna li jekk il-melħ jaqta’ ma jibqax użu għalih u “jintrema barra u jintrifes min-nies” (Mt 5:13)… Kompli aqra »

L-Ewkaristija: L-ikel u x-xorb tar-ruħ tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta' Ġesù

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Matul is-sekli l-poplu Nisrani ngħata diversi sinjali tal-preżenza reali ta’ Ġesù taħt ix-xbihat tal-ħobż u tal-inbid. Il-festa tal-lum, festa antika ta’ madwar 800 sena, ġiet mifruxa mad-dinja Kattolika kollha mill-Papa Urbanu IV wara avveniment straordinarju li ġara waqt quddiesa ħdejn il-Lago di Bolsena. Saċerdot Brażiljan, waqt li kien qed iqaddes, kien itturmentat mid-dubju jekk dak li qal Ġesù kienx veru… Kompli aqra »