It-tliet imħabbiet li għandu jkollna f’ħajjitna – L-Arċisqof
Quddiesa fil-31 Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena
03/11/2024 Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-BallutaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-mistoqsija li l-għaref tal-liġi għamel lil Ġesù, kienet mistoqsija importanti ħafna għal-Lhud taż-żmien Ġesù imma wkoll għal diversi ġenerazzjonijiet. Matul iż-żmien tant żviluppaw liġijiet li l-mistoqsija kienet: imma minn dan kollu, liema liġi hija l-iżjed importanti? Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel? Din hi l-mistoqsija li dan l-għaref tal-liġi għamel lil Ġesù. Għalkemm Ġesù kien iben mastrudaxxa, diġà kellu l-fama ta’ bniedem għaref u li jitkellem b’awtorità… Kompli aqra »