Il-Kelma tal-Arċisqof

Min tgħallem jaħfer għandu l-paċi – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof wara dimostrazzjoni bil-Bambin fit-toroq tal-Belt Valletta

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna ħsibijiet sbieħ tal-maħbub San Ġorġ Preca. Li xtaq din id-dimostrazzjoni, kif kien isejħilha, u li bdiet fl-1921, mitt sena ilu. Waħda mit-talbiet sbieħ ta’ Dun Ġorġ, li tiġbor fiha wkoll it-talba li nixtieq li nagħmlu f’dan il-Milied, hi talba sempliċi ħafna. U ngħiduha flimkien: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’. Il-mixja tagħna llum, bejn traxxixa u oħra, bir-riħ, fit-toroq sbieħ u ħelwin tal-kapitali tagħna, trid tkun din ix-xhieda sempliċi, li aħna għandna bżonn nitgħallmu mit-tarbija ta’ Betlehem… Kompli aqra »

Ejjew niftakru f’Betlehem fl-Art Imqaddsa li għaddejja minn tbatija kbira, qerda u mwiet – L-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof f'Milied Flimkien

  Il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza Sur President, Onor. Prim Ministru, Sur Speaker, Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, għeżież ħuti Maltin u Għawdxin, aħna u noffru lil xulxin l-awgurju sabiħ tal-Milied it-tajjeb, qegħdin ukoll noffru lil xulxin l-ikbar don tal-paċi u tal-imħabba ta’ Alla.

800 sena ilu ġo raħal ċkejken fl-Italja, Greccio, San Franġisk kellu din l-idea straordinarja li fil-lejl tal-Milied jipprova joħloq l-atmosfera tal-għar ta’ Betlehem… Kompli aqra »

“Aħna xhieda tad-dawl” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali, il-Qrendi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli naqsam kelma ta’ inkoraġġiment ma’ Dun Mario Said li llum inħatar ufffiċjalment kappillan ta’ din il-parroċċa fejn ilek erba’ snin taqdi din il-komunità. Dun Mario, nawguralek li tieħu l-ewwel qari mill-Profeta Iżaija bħala l-programm ta’ dan il-ministeru tiegħek li inti qed tgħix hawnhekk.

Aħna s-saċerdoti, imma mhux biss, infakkru lilna nfusna li dak li aħna mhux mertu tagħna imma għaliex l-ispirtu t’Alla huwa fuqna u magħna: “L-ispirtu tal-Mulej fuqi, hu kkonsagrani”… Kompli aqra »

Naħdmu flimkien għall-ġid tal-komunità, naħfru lil xulxin – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-bidu ta’ din il-quddiesa u dan ir-rit solenni u storiku għal din il-parroċċa għażiża, aħna raxxaxna l-ilma mbierek fuqna nfusna. U fakkarna l-wegħda li għamel Ġwanni l-Battista, fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, meta jgħid: Jiena għammidtkom bl-ilma, imma warajja ġej xi ħadd aqwa minni, li jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu. It-traxxix tal-ilma mbierek, lilna l-Insara jfakkarna dejjem fil-Mgħamudija tagħna. 

Illum ukoll raxxaxna dan l-artal bl-ilma mbierek, għax minn hawn u ftit ieħor dan l-artal, bit-talba tal-Knisja, bid-dilka, biż-żejt tal-griżma, se jkun ikkonsagrat lil Alla… Kompli aqra »

Inħejju l-mogħdijiet ta’ qalbna – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tieni Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bdejna naqraw it-tieni Evanġelju, l-Evanġelju skont San Mark. U San Mark jibda billi jispjegalna xi tfisser il-kelma ‘evanġelju’: “Il-bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla” (Mk 1:1).

X’inhu l-għerq ta’ din il-kelma li bil-Grieg tfisser ‘aħbar tajba’ – evangélio? Kienet tintuża meta fil-bliet u rħula kienet tixxandar il-miġja tas-sultan; qed ngħidu eluf ta’ snin ilu, u anke fi żmien Ġesù u qabel, anke qabel iż-żmien il-profeta Iżaija 300 sena qabel Ġesù… Kompli aqra »

Nippreferu nagħtu tort lil kulħadd, imma mhux lilna nfusna – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali, Pembroke

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin fl-ewwel versi tal-Evanġelju skont San Mark. U l-ewwel kliem ta’ dan l-Evanġelju, li għadna kemm smajna, u li qralna Fr Aayrton, jispjegaw x’inhi din il-kelma Evanġelju. Fil-fatt, hekk jibda: “Il-Bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu l-Iben ta’ Alla” (Mk 1:1). Imma minn fejn ġejja l-kelma Evanġelju? Bil-Grieg tfisser ‘Aħbar Tajba’. ‘Euangélion’ – Aħbar Tajba. Imma kellha sinifikat preċiż fi żmien Ġesù… Kompli aqra »

L-għażla tat-triq tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali u Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif għidtilkom fil-bidu, b’dan l-Evanġelju qed nibdew nisimgħu b’wieħed mill-erba’ ħbieb tagħna, li tawna Evanġelju, Aħbar it-Tajba. Dawn l-erbat iħbieb huma: Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni. Dawk li aħna ngħidulhom evanġelisti, għax tawna l-Aħbar it-Tajba, tawna l-Evanġelju ta’ Ġesù. Din is-sena bdejna naqraw siltiet mill-Evanġelju tal-ħabib tagħna San Mark. Is-simbolu ta’ San Mark hu ljun bil-ġwienaħ. Peress li San Mark kiteb evanġelju qasir, l-iqsar wieħed, allura matul din is-sena wkoll nisimgħu siltiet mill-ħabib l-ieħor tagħna, Ġwanni l-Evanġelista… Kompli aqra »

Knisja li toħroġ hi Knisja li tħobb – L-Arċisqof

Ċelebrazzjoni Djoċesana u quddiesa fil-festa ta' Kristu Re

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli nibda din ir-riflessjoni tiegħi, fis-solennità ta’ Ġesù Sultan tal-Ħolqien kollu, billi nistedinkom toffru din it-talba tal-Għasar, għall-bżonnijiet tal-Qdusija Tiegħu l-Papa. Dalgħodu, waqt li qed insegwi l-Angelus, irrealizzajt li għandna bżonn ħafna nitolbu għalih, biex il-Mulej jagħtih is-saħħa bil-kalma u bil-paċenzja.

Fl-Assemblea Djoċesana, li temmejna proprju ftit tal-jiem ilu, nedejna sena ġdida ta’ ħidma flimkien, waqt li ltqajna l-istedina li kien għamel il-Papa Franġisku prattikament 10 snin ilu, fl-24 ta’ Novembru 2013, meta lill-Knisja stedinna li tkun Knisja li toħroġ… Kompli aqra »

L-għemejjel tagħna mal-proxxmu jagħmlu d-dinja post aħjar – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità ta’ Kristu Sultan

  Il-Mużew tal-Avjazzjoni, Ta' Qali

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa ta’ Ġesù bħala Sultan, illum niltaqgħu miegħu bħala mħallef ġust għaliex mhux biss jagħtina sentenza skont il-verità imma wkoll imħallef ġust li jikkonferma l-għażliet li nkunu għamilna fil-ħajja tagħna.

Huwa r-ragħaj li jifred in-nagħaġ mill-mogħoż. Ovvjament din hija kategorija allegorika. M’għandna xejn kontra l-mogħoż u lanqas kontra n-nagħaġ. Kultant ngħidu li xi ħadd huwa bodbod imma l-bdabad ukoll maħluqa minn Alla u kulma ħalaq Alla huwa tajjeb… Kompli aqra »

Komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum, meta jgħiduli “Ad multos annos”, jiena ngħid, “pavere multos”, ma non esageriamo. Anke għax, tkun kemm tkun tajba l-ħaġa, fl-aħħar tgħid, “too much of a good thing”. Imma naf li mhix il-każ. 

Jiena nixtieq naqsam dan il-messaġġ qasir tiegħi, anke għaliex sar il-ħin u tinkwetani li bniedem ikollu bżonn anke jinġabar. Għall-grazzja ta’ Alla bdejna nxommu ftit tax-xitwa wkoll, li hija barka għalina. 

Xtaqt li l-intervent tiegħi llum, u l-indirizz tiegħi lilkom, ikun fuq żewġ partijiet… Kompli aqra »