Aħna ħaġa waħda ma’ Ġesù – L‑Arċisqof
Quddiesa fis-Solennità tat-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema
16/05/2021 Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal LijaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-qari tal-lum jitkellem fuq it-tlugħ tal-Mulej imma ma jitkellimx fuq it-tluq tiegħu. It-tlugħ tal-Mulej hija l-glorja ta’ Kristu Rxoxt. Fir-rakkont li għandna mill-kitbiet tal-Evanġelista San Luqa, nifhmu li biex ikun hemm xhieda tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, għal 40 jum sħaħ il-Mulej deher lid-dixxipli tiegħu jqawwihom fil-fidi li kienet dgħajfa u jagħmel minnhom xhieda tal-qawmien tiegħu mill-imwiet u tal-glorja tiegħu. Imma fl-istess ħin qed jippreparahom biex ikunu huma li jkomplu l-missjoni tiegħu fuq l-art… Kompli aqra »