Il-Kelma tal-Arċisqof

It-twelid tat-Tabib tar-Ruħ

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil‑lejl qaddis tal‑Milied huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nsellem lil kull wieħed u waħda minnkom, għeżież Maltin u Għawdxin. Insellmilkom bit‑tislima tal‑anġlu f’dan il‑lejl qaddis: Glorja lil Alla fil‑ogħla tas‑smewwiet, paċi fl‑art lil bnedmin ta’ rieda tajba, lill‑bnedmin li Alla tassew iħobb. Illum fil‑belt ta’ David tweldilna Salvatur li hu Kristu l‑Mulej (ara Lq 2:11‑14). Imma dan il‑kliem f’din is‑sena daqshekk ikkumplikata, immarkata bil‑pandemija tal‑COVID‑19, xi jfisser? 

Din is‑sena, f’dan il‑Milied, ejjew nistiednu lill‑Mulej Ġesù jiġi magħna u jiġi fostna ta’ li hu: Alla mħabba magħmul bniedem… Kompli aqra »

Il-festa tad-dawl – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-kantiku sabiħ li l-Knisja titlob kuljum ma’ sbieħ il-jum, huwa l-kantiku ta’ missier Ġwanni l-Battista, ta’ Żakkarija. Żakkarija hu missier Ġwanni.

L-isem stess Żakkarija jfisser ‘Alla jiftakar’. Aħna, mill-għerq ‘żakar’, minn fejn ġej l-isem Żakkarija, għandna biss iż-żokra li hija t-tifkira tal-omm tagħna. Minn hemmhekk ġej l-għerq tal-kelma żokra, li hija wkoll l-istess għerq tal-isem Żakkarija, li Alla jiftakar… Kompli aqra »

Iż-żewġ ommijiet li jitkellmu bl-istess lingwaġġ – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-ġranet qegħdin naqraw silta wara l-oħra mir-rakkont li jagħti San Luqa fuq it-twelid tal-Messija imma wkoll it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, il-prekursur. Kellna t-tħabbira lil Żakkarija u mbagħad it-tħabbira lil Marija. Illum għandna din l-għanja ta’ gratitudni u ta’ ferħ li Marija tkanta fid-dar ta’ Eliżabetta f’Għajn Karim.

Illum għandna wkoll ’l omm Samwel. Fl-ewwel qari smajnieha tirringrazzja ’l Alla, toffri t-tarbija li ngħatatilha wara li talbet ħafna lill-Mulej għaliex l-Mulej sema’ l-għajta tagħha u t-tifel għalhekk semmietu Samwel: Alla jisma’… Kompli aqra »

Dan il-Milied niftħu qalbna għall-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella tal-Isptar Mater Dei, l-Imsida

L-anġlu tal-Mulej ikellem lil din ix-xebba rżina, Marija ta’ Nazaret, u jfakkarha li “għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun” (Lq 1:37).

L-Evanġelju ta’ San Luqa, meta jintroduċi lil din ix-xebba, jgħidilna li kienet “mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David” (Lq 1:27). U meta l-anġlu jħabbar li Marija li kellha tnissel fil-ġuf tagħha bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, iħabbrilha li kella tnissel fil-ġuf u jkollha iben u ssemmih Ġesù u dwar it-tifel li kien se jkollha, jgħidilha hu jkun kbir, ikun jissejjaħ Bin il-Għoli, il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb (ara Lq 1: 31-33)… Kompli aqra »

“F’dinja ta’ aħbarijiet u mexxejja foloz għandna bżonn il-veru dawl” – L-Arċisqof

Mass followed by the investiture ceremony of the Sovereign Military and Hospitaller Order of St John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Today’s Gospel is very appropriate as we celebrate the investiture and the solemn rites of the Sovereign Military Order of St John of Jerusalem, Rhodes and Malta in this extraordinary church dedicated to the Baptist.

I can even sit down and let you enjoy what Mattia Preti painted in such an extraordinary way as I used to do when I was young and my parents used to bring me here for the eleven o’clock mass and the homilies used to be quite long… Kompli aqra »

Biex tkun ir-ragħaj fil-parroċċa tiegħek u tgħin lil kull fjamma tnemnem tikber – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tal-Avvent u l-pussess ta' Dun Andrew Schembri bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta' Ħal Għaxaq

  Il-Kappella ta' Santu Kristu, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġie bħala xhud biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen” (Ġw 1:6). Dan huwa l-mod kif l-Evanġelju ta’ San Ġwann li għadna kemm qrajna – propju qegħdin fl-ewwel kapitlu – jiddikjara u jfisser il-missjoni ta’ Ġwanni li aħna nsemmuh bħala l-Għammied għax hu kien li għammed lill-Mulej Ġesù, jew inkella Ġwanni l-Battista għax propju għammed lill-Mulej.

“Ġie bħala xhud ibix jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen”… Kompli aqra »

Nagħmlu sforz biex ngħixu f’armonija u paċi – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira tal-Madonna ta' Loreto

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jispiċċa din is-silta mill-Evanġelju skont San Mattew kważi b’din l-isfida: “Min għandu widnejn ħa jisma’” (Mt 11:15). Xi jrid jgħid? Qed itarraf dwar l-identità tiegħu, dwar min hu, lin-nies ta’ żmienu li kienu qed jistennew li qabel jiġi l-Messija jerġa’ jidher il-profeta Elija.

Hu qed jgħidilhom li Ġwann il-Battista, fost ulied il-bnedmin, huwa l-ikbar wieħed “u jekk tridu temmnuni dan hu Elija li għandu jiġi” (Mt 11:14)… Kompli aqra »

M’għandniex għalfejn nibżgħu, il-ħniena tal-Mulej hi kbira! – L‑Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija

  Il-Kappella tal-Kunċizzjoni, San Ġiljan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ngħannu lill-Mulej għanja ġdida għax għamel l-għeġubijiet” (S 97:1). Fil-fatt aħna qegħdin nifirħu waqt li nfakkru t-tnissil ta’ Marija, dan l-att ta’ mħabba tal-ġenituri tagħha, Ġwakkin u Anna, li nissel din it-tarbija.

L-Evanġelju li għadna kemm smajna mhuwiex it-tnissil tal-Marija imma t-tnissil ta’ Ġesù bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Imma Marija — u dan huwa dak li qegħdin niċċelebraw — tnisslet fl-att tal-imħabba tal-ġenituri tagħha Anna u Ġwakkin… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Kif se nħejju t-triq tal-Mulej?

Quddiesa fit-tieni Ħadd tal-Avvent u l-pussess ta' Dun Gordon Refalo bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa tal-Gżira

  Il-Kappella ta' Sant'Antnin ta' Padova, Manoel Island

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena li bdejna propju l-Ħadd li għadda hija ddedikata lil-Evanġelju ta’ San Mark bħalma s-sena li għaddiet kienet iddedikata lil-Evanġelju ta’ San Mattew u s-sena 2021 u 2022 se tkun iddedikata lill-Evanġelju ta’ San Luqa.

Din is-sena hija ddedikata lill-iqsar Evanġelju u għalhekk, fil-Ħdud ta’ din is-sena se nisimgħu mhux biss siltiet mill-Evanġelju ta’ San Mark imma wkoll siltiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Kunu politiċi li tħaddnu politika ta’ mħabba u tama – L-Arċisqof fil-100 sena tal-Partit Laburista

Quddiesa f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Li nagħrfu li f’kull bniedem hemm ħuna jew oħtna u nfittxu ħbiberija soċjali li tinkudi lil kulħadd, dawn mhumiex sempliċiment utopija – ħolm, xi ħaġa impossibli li tagħmilha. Jesiġu imma minna deċiżjoni u l-ħila li nsibu t-toroq effikaċi, dawk li jwasslu tassew, li jiżguraw il-possibbiltà vera tagħhom” (Fratelli Tutti). Mhux biżżejjed toħlom, trid ssib il-mezzi biex il-ħolma tiegħek isseħħ… Kompli aqra »