Il-fidi hi li tagħraf li Alla jħobbok u inti tirrispondi bl-imħabba – L-Arċisqof
Quddiesa bl-inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna ta' Fatima
05/05/2024 Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, GwardamanġaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Minn fuq is-salib Ġesù ra diversi persuni. Tħaddet ukoll ma’ dawk li kienu msallbin miegħu. Imma fost dawn in-nies kollha, kien hemm żewġ persuni, li l-Evanġelju ta’ San Ġwann, li għadna kemm smajna, jinnutalna bħala wieqfa: “Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu” (Ġw 19:25). Il-persuna l-oħra hu d-dixxiplu li Ġesù kien iħobb, wieqaf ħdejha. Dawn iż żewġ persuni weqfin, ħdejn is-salib ta’ bniedem ikkundanat għall-mewt l-iżjed infami, għat-tortura l-iżjed ħarxa, għal kundanna inġusta… Kompli aqra »