Il-qligħ ma jitkejjilx bil-flus imma b’dak li jwassalna għall-hena ta’ Alla – L-Arċisqof
Quddiesa fit-33 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena u l-Jum Dinji tal-Foqra
15/11/2020 Il-kappella taċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, il-KalkaraL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-Mulej jgħallimna kif se jkun il-ġudizzju f’din il-parabbola. Fil-fatt hemm żewġ qaddejja li s-sid tagħhom fdahom b’ġidu u ħaddmuh u kattruh u l-kelma li jirċievu hi: “Idħol fil-hena ta’ sidek” (Mt 25:21).
Hi kelma li lkoll kemm aħna nixtiequ bil-qawwa kollha li nisimgħu fil-punt tal-mewt tagħna. “Qaddej fidil u għaqli, idħol fil-hena ta’ sidek” . U hi wkoll espressjoni sabiħa li turina l-ġenna x’inhi… Kompli aqra »