Il-Kelma tal-Arċisqof

Nitolbu li l-Knisja tibqa’ tiżżejjen mill-Mulej minn qlub tassew missjunarji – L-Arċisqof

Quddiesa offruta lill-Insara biex mhux biss jisimgħu l-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù imma jwassluha lill-oħrajn bħalma għamel l-appostlu San Barnaba

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju jintgħażel fit-tifkira ta’ San Barnaba għaliex huwa mument meta Ġesù, fil-kapitlu 10 skont San Mattew, jibgħat grupp ta’ dixxipli jħabbru s-saltna tas-smewwiet.

Jagħtihom ukoll qawwa li jfejqu kemm il-ġisem kif ukoll ir-ruħ. Imma jgħallimhom ukoll jafdaw fil-providenza ta’ Alla. Huma ħaddiema fl-għalqa tal-Mulej. “Il-ħaddiem ħaqqu ħobżu” (Mt 10:10). M’hemmx għalfejn iġġorr ħafna affarijiet miegħek għax fejn se tmur il-Mulej se jippreparalek nies li se jieħdu ħsiebek… Kompli aqra »

Ġesù jridna nkunu komunità li ngħinu lid-dinja teħles minn dak kollu li jġib it-taħsir – L-Arċisqof

Quddiesa għall-istudenti li qed iħejju ruħhom jew qed jagħmlu l-eżamijiet f'dawn il-jiem

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom il-melħ tal-art. Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:13). Dawn iż-żewġ tixbihat huma profondi u l-Mulej japplikahom għalina, id-dixxipli tiegħu.

Il-melħ fi żmien Ġesù kien prezzjożissmu, għalhekk anke madwar il-gżejjer tagħna għandna postijiet propju indikati għall-manifattura tal-melħ mill-baħar: il-Mellieħa, is-Salini. Fiż-żewġ gżejjer tagħna għandna postijiet fejn missirijietna kienu jieħdu l-melħ mill-baħar għax kienet xi ħaġa tassew prezzjuża.

Niftakru l-vjaġġ kbir li għamel Mahatma Gandhi, li qasam l-Indja sakemm wasal sal-baħar biex jagħmel il-melħ hu, għax ma riedx li jħallas it-taxxa lill-Imperu Brittaniku… Kompli aqra »

Nitolbu lil San Pawl biex l-imħabba tagħna tkun parti minn katina ta’ solidarjetà li biha nuru li aħna tassew bnedmin – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Santissima Trinità

  Il-Grotta ta' San Pawl, ir-Rabat Malta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Aħna u nisimgħu l-Kelma ta’ Alla f’din il-festa solenni tas-Santissima Trinità, nirrealizzaw li f’kull qari li għadna kemm smajna hemm kelma li nsibuha dejjem, kelma li tirrikorri, il-kelma imħabba. “Alla li jagħder u jħenn, tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u s-sewwa” (Eż 34:6).

L-Appostlu Missierna San Pawl meta jitkellem dwar Alla, lin-nies ta’ Korintu jgħidilhom li Alla huwa Alla tal-imħabba: “Kunu ta’ fehma waħda, żommu s-sliem u Alla tal-imħabba u s-sliem ikun magħkom” (2 Kor 13:13)… Kompli aqra »

Inti, rigal lid-dinja u lil umanità, inti kif inti – L-Arċisqof

Quddiesa offruta b’mod speċjali għas-sitwazzjoni fl-Istati Uniti biex tirbaħ ir-rikonċiljazzjoni fuq il-vjolenza

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-mistoqsija ta’ dan, wieħed mill-kittieba, kienet mistoqsija importanti. Fi żmien Ġesù kien hemm kontroversja: liema fost ħafna liġijiet li kienu żvilupaw mill-ewwel kotba tal-Iskrittura li kellhom diġà l-liġijiet li ta Mosè lill-poplu Lhudi, liema minn ħafna mijiet ta’ liġijiet kienet l-iżjed importanti, liema liġi l-iżjed importanti.

Dawn il-liġijiet kellhom l-isem ukoll ta’ kmandament. Il-kelma kmandament f’dan il-kuntest mhux qed jirreferi biss għall-10 kmandamenti imma għal-liġijiet kollha li mbagħad żviluppaw wara l-esperejenza tal-għoti tal-10 kelmiet, tal-10 kmandamenti lill-poplu Lhudi… Kompli aqra »

Lil Alla ntuh li hu tiegħu, aħna ta’ Alla, mhux tal-politikant, mhux tar-re, mhux tal-imperatur – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-Isqfijiet tagħna biex, imdawlin mill-Ispirtu s-Santu, ikomplu jieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa ghall-komunità Nisranija fil-gżejjer tagħna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Riedu jinbxuh imma qalu verità kbira dwar l-atteġġjament ta’ Ġesù li jġagħalna naħsbu. “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi” (Mk 12:14).

L-ewwel talba li nixtieq nagħmel fid-dawl ta’ l-Evanġelju li aħna l-Isqfijiet, is-saċerdoti nimitaw lil Ġesù, inkunu nies li nħobbu s-sewwa, li ma nħabblu rasna b’ħadd… Kompli aqra »

Iżjed ma nagħrfu l-faqar tagħna, iżjed nattiraw f’qalbna l-Ispirtu tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Solennità ta' Għid il-Ħamsin

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

Quddiesa tal-Ħadd mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa – 31 ta' Mejju, 9:30am

Quddiesa tal-Ħadd mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa – 31 ta' Mejju, 9:30amPowered by Restream https://restream.io/

Posted by Archdiocese of Malta on Sunday, May 31, 2020 L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jerġa’ jeħodna għall-jum tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet, dak il-Ħadd filgħaxija fl-ewwel jum tal-ġimgħa.

Fih innifsu l-ewwel jum tal-ġimgħa jfakkarna fil-ħolqien u llum qegħdin infakkru dan id-don kbir li jagħti Ġesù lilna lkoll skont il-wegħda tiegħu: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu” (Ġw 20:22)… Kompli aqra »

L-Arċisqof b’messaġġ lill-adolexxenti li qed jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, li tfakkar il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, l-Arċisqof Charles Scicluna wassal messaġġ ta’ kuraġġ lill-adolexxenti li qegħdin jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof.

Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof fakkarhom li l-Ispirtu s-Santu li se jirċievu ‘l quddiem f’dan is-sagrament huwa dak li se jibqa’ magħhom għal dejjem. Kompli aqra »

Ġesù jitlob fuqna u għalina d-don tal-għaqda – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-koppji miżżewġa biex ikunu hemm għal xulxin u jħobbu lil xulxin anke fl-isfidi li dan iż-żmien partikolari jġib miegħu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 17 ta’ San Ġwann hija silta għażiża għaliex huwa l-mument meta Ġesù f’Ħamis ix-Xirka jitlob għalina.

Fil-fatt, fil-bidu ta’ din is-silta l-kelma tiegħu hija ċara ħafna: “M’iniex nitlob għal dawn biss”. Dawn huma dawk li hemm madwaru li fuqhom kien talab it-talba tal-konsagrazzjoni. Kien tahom il-kmandamenti għeżież tiegħu. “M’iniex nitlob għal dawn biss imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom” (Ġw 17:20)… Kompli aqra »

Nigglorifikaw lil Ġesù billi nsegwu l-kmandamenti tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Filippu Neri offruta għal dawk li jinsabu barra minn Malta biex jirċievu l-kura

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

F’dawn il-ġranet qabel Pentekoste, Għid il-Ħamsin, naqraw siltiet sbieħ ħafna imma pjuttost impenjattivi mill-Evanġelju skont San Ġwann. Propju d-diskors imsejjaħ saċerdotali ta’ Ġesù li nsibuh fil-kapitli 16 u 17 tal-Evanġelju skont San Ġwann.

Hawnhekk Ġesù qiegħed fi djalogu mal-Missier, ma’ Missieru l-Mulej. Qegħdin fl-aħħar ċena ftit sigħat qabel tibda l-passjoni ħarxa tiegħu, u Ġesù jitkellem dwar il-glorja, il-glorja li biha ta ġieħ lil Missieru u l-glorja li bih il-Missier jagħraf l-ubbidjenza tal-Iben… Kompli aqra »