Il-Kelma tal-Arċisqof

“Il-velenu li l-Mulej irid jeħlisna minnu” – L-Arċisqof Scicluna

Quddiesa waqt il-laqgħa annwali tal‑uffiċjali tal‑media u l‑kelliema tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE)

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

As you know, for us Maltese this is always emotional to read Acts 28 and to hear our island mentioned by name. And also the beautiful eulogy or praise of Luke talking about the inhabitants as using unusual kindness with the Apostle and the other people shipwrecked. We are not talking about a handful of people; Acts 27 tells us that there were 276 people traveling on that ship… Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof fil-bidu tal-Viżta Pastorali fil-Birgu

Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali fil-Birgu u l-għoti tal-Ewwel Tqarbina

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Birgu

    16 ta’ Ġunju 2019

    L-ewwel nett nixtieq ngħidilkom il-festa t-tajba. Għaliex? Għaliex illum Ġesù se jiġi fil-qalb tagħkom. Intom tixtiequ jiġi fil-qalb tagħkom? Iva jew le? Għalfejn ilbistu sabiħ illum? Illum festa żgħira jew kbira? Kbira! U meta jkollna festa kbira nilbsu sabiħ u llum kollha kemm intom sbieħ…

  • Kompli aqra »

Sette Giugno: L-Arċisqof jappella lill-Maltin biex ma joħolqux vittmi bl-inġustizzja u bl-odju ta’ bejniethom

Quddiesa b'suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno f'għeluq il-mitt sena mill-ġrajja

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

    7 ta’ Ġunju 2019

    Jiena u naqra l-aħħar riċerka li saret fuq dan il-jum li qegħdin nikkommemoraw illum li ġara mitt sena ilu, irrealizzajt li tħares fejn tħares lejn il-ġrajja tas-Sette Giugno, tifhem li hija traġedja totali.

    Id-dover tal-Maltin

    Aħna llum m’għandniex għalfejn nifirħu imma għandna d-dover nikkommemoraw; għandna d-dover li ma ninsewx anke għaliex ċertu kundizzjonijiet li wasslu għal dak li ġara fil-Belt fis-7 u fit-8 ta’ Ġunju 1919, jistgħu jerġgħu jirrepetu lilhom infushom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jinawgura l-istudios il-ġodda ta’ Radju Marija

  • Il-Ġimgħa, 31 ta’ Mejju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u fetaħ il-post il-ġdid tal-istazzjon ta’ Radju Marija. L-inawgurazzjoni timmarka wkoll l-24 sena minn meta jxandar Radju Marija f’Malta.

    Iċ-ċerimonja bdiet b’messaġġ ta’ merħba mid-Direttur Fr Antoine Borg li tkellem dwar il-ferħ li issa, wara tant snin, bl-għajnuna ta’ ħafna semmiegħa u benefatturi jista’ jxandar f’post aktar addattat għall-missjoni ta’ Radju Marija…

  • Kompli aqra »

“Kun strument li permezz tiegħu Ġesù jsejjaħ lil kull wieħed u waħda minna” – L-Arċisqof lill-Arċipriet il-ġdid tas-Siġġiewi

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Josef Mifsud, l-arċipriet il-ġdid tal-parroċċa tas-Siġġiewi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, is-Siġġewi

    2 ta’ Ġunju 2019

    Ir-rakkont ta’ San Luqa mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli pprova jispjega l-misteru li qegħdin niċċelebraw imma fl-istess ħin jagħtina rakkont li għandu messaġġ għalina llum. Id-dixxipli kienu draw jiltaqgħu ma’ Ġesù fl-irxoxt tiegħu; għal 40 jum dehrilhom, għallimhom, u pperswadiehom li ma kienx fantażma imma dak li ġara f’Ħadd il-Għid kien avveniment ta’ vera u mhux ħrafa tal-bnedmin, imma ġrajja ta’ vera…

  • Kompli aqra »

Ir-responsabbiltà tagħna hija li naħdmu għall-komunjoni u l-paċi bejnietna – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq il-ħamsin sena tal-Parroċċa San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • 1 ta’ Ġunju 2019
    Il-Parroċċa San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

    “U ġara, li huwa u jberikhom, infired minnhom u kien meħud fis-sema. Huma nxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimljin b’ferħ kbir reġgħu lura lejn Ġerusalemm” (Lq 24: 51-52). San Luqa jispjega l-esperjenza li qed infakkru llum b’dawn il-kliem…

  • Kompli aqra »

“Fejn ikun hemm Ġesù aħna nkunu protetti'” – L-Arċisqof

Quddiesa li tinkludi s-Sagrament tal-Magħmudija

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

    13 ta’ Mejju 2019

    X’qed jipprova jgħidilna Ġesù fil-kliem sabiħ li qralna l-kappillan Fr Charlon? Intom tafu x’jiġifieri ‘ħalliel’? Ħalliel jiġi u jisraq xi ħaġa li mhijiex tiegħu. Pereżempju, min jieħu ħsieb id-dar tagħkom? Il-mamà u l-papà, hux? …

  • Kompli aqra »

“Il-persuni ta’ kulur li qegħdin magħna mhumiex mistednin, imma huma parti minna” – L-Arċisqof

The Archbishop's address during the open dialogue 'Lassana Cisse - A story of racial hatred: Responding with Peace' organised by the Faculty for Social Wellbeing of the University of Malta

  • Message by Archbishop Charles J. Scicluna

  • Lecture Theatre 1, University of Malta, Tal-Qroqq

    24th May 2019

    I think it is a very important moment for our faith community to carry out a critical analysis of power-complicity in hate speech. I think we cannot forgo a critical attitude to our way of expressing difference and the fact that we are not always agents of inclusion…

  • Kompli aqra »

It-tberik tan-niċċa tal-Madonna taħt il-pont tal-Kappara

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Taħt il-pont tal-Kappara, il-Gżira

    22 ta’ Mejju 2019

    Nixtieq insellem lill-persunalitajiet distinti, lill-Ministru, lir-Rispettabbli Sindku, lilek għażiż Kappillan Dun Karm Tanti u anke lil Fr Vince. Lis-Sur John Lauria nirringrazzjah tal-inizjattiva li ħa 30 sena ilu. Proprju 30 sena wara l-ewwel niċċa modesta u umli, qegħdin ninawguraw dan—ippermettuli nsejjaħlu—kapolavur ta’ arkittettura…

  • Kompli aqra »