Il-Kelma tal-Arċisqof

Soċjetà li ma twarrabx is-sinjal tas-salib – L-Arċisqof

Quddiesa li matulha tbierek il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja ta’ Santa Marija Ta’ Ġesù, il-Belt Valletta

    3 ta’ Mejju 2019

    Ġesù Kristu “li għad li kellu n-natura ta’ Alla ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu,” ċekken lilu nnifsu “billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib” (Fil 2:8).  Aħna u nirritornaw ix-xbieha għażiża, devota u mirakoluża tal-Kurċifiss ta’ Ġieżu, kif nafuh aħna l-Maltin u l-Għawdxin, irridu niftakru fil-misteru profond li din ix-xbieha qaddisa tfakkarna fiha…

  • Kompli aqra »

Il-ħniena li tfejjaqna – L-Arċisqof fil-festa tal-Ħniena Divina

Quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa

    28 ta’ April 2019

    Fil-Ktieb tal-Apokalissi l-awtur iħoss xi ħadd li jmissu: “Ressaq idu l-leminija fuqi u qalli: ‘Tibżax; jiena hu l-Ewwel u l-Aħħar, jiena l-Ħaj, jiena kont mejjet, u ara, issa jiena ħaj għal dejjem ta’ dejjem’” (Apok 1, 17-18)…

  • Kompli aqra »

“Agħtu ħajjitkom biex il‑ferħ tagħkom fil‑Mulej ma jonqosx” – L-Arċisqof lill-erba’ saċerdoti ġodda

Quddiesa tal-Ordinazzjoni Presbiterali

  • 
  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    27 ta’ April 2019
  •  
    “Dan huwa l‑jum li għamel il‑Mulej, ħa nifirħu u nithennew fih! Hallelujah” (S 118:24).

    Għal dawn l‑aħħar ġranet, li fil‑liturġija tal‑Knisja huma bħal jum wieħed, irrepetejna l‑kliem tas‑Salm 118 vers 24…

  • Kompli aqra »

Fl-Għid titwieled il-fidi – L-Arċisqof f’Ħadd il-Għid

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    21 ta’ April 2019

    “In-nisa, mimlijin bil-biża’ baxxew għajnejhom lejn l-art imma ż-żewġt irġiel lebsin ilbies jiddi qalulhom: ‘Il-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtn lil min hu ħaj?’” (Lq 24:5).

    Dan huwa l-messaġġ li aħna qegħdin niċċelebraw illum b’ferħ kbir: fittxejna katavru u sibna qabar vojt…

  • Kompli aqra »

“Illum il-Mulej irid iġeddidna” – L-Arċisqof f’Sibt il-Għid

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    20 ta’ April 2019

    Id-diskors ta’ Marija ta’ Magdala, ta’ Ġwanna, ta’ Marija ta’ Ġakbu u tan-nisa l-oħra, l-appostli ħasbuh thewdin. San Luqa, bħalma jagħmel anke San Mark, ma jiċċensurax id-diffikultà li kellhom l-appostli biex jemmnu dak li kien ġara…

  • Kompli aqra »

Fit-tbatija ta’ Ġesù naraw id-disprezz tal-umanità għall-verità u għall-ħajja – L-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

L-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    19 ta’ April 2019

    “Ecce Homo” (hawn hu il-bniedem) (Ġw 19:5). Dawn il-kelmiet ta’ Ponzju Pilatu fihom verità profonda fuq diversi livelli.

    Wara li smajna r-rakkont tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù skont San Ġwann, nistgħu nifhmu iżjed kemm huma profondi l-kliem ecce homo għaliex f’Ġesù ta’ Nazaret ifflaġellat, inkurunat bix-xewk u ttorturat hemm is-sintesi tat-tbatija tal-bniedem…

  • Kompli aqra »

“Illum huwa l-jum ta’ min għandu l-għatx għal Ġesù mingħajr ma jaf” – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tar-riġlejn f'Ħamis ix-Xirka

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    18 ta’ April 2019

    “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien, tifhmu aktar ’il quddiem” (Ġw 13:7). Pietru ma jistax jifhem is-sinifikat profond tal-ħasil tar-riġlejn li l-Imgħallem jagħmel mad-dixxipli għeżież tiegħu. Hu li kien Alla, jiddeċiedi li jqum minn fuq il-mejda, ineħħi l-mantar minn fuqu, jieħu fardal, jorbtu ma’ qaddu u jibda jaħsel saqajn id-dixxipli…

  • Kompli aqra »

“Min jiltaqa’ magħna qed jiltaqa’ ma’ xhud tal-fidwa ta’ Alla?” – L-Arċisqof lis-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka

Il-Quddiesa taż-Żjut f'Ħamis ix-Xirka

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    18 ta’ April 2019

    “Lilkom isejħulkom: ‘il-qassisin tal-Mulej, qaddejja ta’ Alla tagħna’ jsemmukom’” (Iż 61:6). Dawn il-kliem mill-profezija ta’ Iżaija nisimgħuhom bħal-lum mit-talba li jseħħu fil-qalb u fir-ruħ ta’ kull wieħed minna individwalment u bħala presbiterju madwar l-isqof li l-Mulej ikun għażel għad-djoċesi f’dak il-mument…

  • Kompli aqra »

“Dawn il-jiem qaddisa huma tifkira ħajja ta’ dak kollu li għamel għalina l-Mulej Ġesù” – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm

Quddiesa f'Ħadd il-Palm

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    14 ta’ April 2019

    “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi” (Lq 22:19). Il-kliem ta’ Ġesù assoċjat mat-twaqqif tal-misteru kbir tal-Ewkaristija huma wkoll il-kmandament li aħna nħaddnu f’din il-ġimgħa qaddisa li qegħdin inniedu llum: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”…

  • Kompli aqra »

“Qiegħed nisma’ l-Kelma ta’ Alla? Qiegħed inwettaqha?” – Id-domanda tan-Nisrani fil-Ġimgħa Mqaddsa

Quddiesa f'Jum id-Duluri għall-impjegati tal-APS Bank

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, is-Swatar

    12 ta’ April 2019

    M’ilux kont qed naqra deskrizzjoni tat-tbatija li għadda minnha Ġesù miktuba minn tabib li kellu esperjenza kbira fi sptar ġewwa l-Amerka. Dan it-tabib huwa espert fil-feriti li jiġu minn ħafna atti kriminali jew inkella inċidenti u jiddeskrivi xi tfisser pereżempju tagħraq l-għaraq tad-demm bħalma ġralu Ġesù fl-ort tal-Ġetsemani, jispjega wkoll it-tbatija tal-flaġellazzjoni u anke t-tbatija tal-Mulej Ġesù fil-kruċifissjoni…

  • Kompli aqra »