Il-Kelma tal-Arċisqof

‘Jalla dan l-artal li qegħdin nikkonsagraw ifakkarna dejjem li aħna rridu niltaqgħu mal-Mulej fil-proxxmu tagħna u fis-sagramenti’ – L-Arċisqof fil-Bażilika tal-Mosta

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa u jikkonsagra l-altar il-ġdid

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Bażilika Minuri, il-Mosta

    10 ta’ Awwissu 2018

    Jekk ikollna nirriflettu sewwa fuq l-atteġġjament ta’ Ġesù, nirrealizzaw kemm kellu għal qalbu t-tempju ta’ Ġerusalemm u kemm kien jivvenera ż-żewġ artali li kien hemm fit-tempju: l-artal tal-inċens kif ukoll l-artal tas-sagrifiċċju.

    Tgħiduli: ‘Kif u meta?’ Biżżejjed niftakru fil-mument li għalina jissorprendina ta’ meta Ġesù rrabja ħafna għaliex irrealizza li t-tempju tal-Mulej kien sar suq ta’ tpartit u ta’ kummerċ.  Ħin minnhom jgħidilhom: “(Dari) għamiltuha għar tal-ħallelin” (Mt 21:13)…

  • Kompli aqra »

Wara kull ftehim kollettiv hemm id-dinjità u d-drittijiet tal-għalliema, li huma essenzjali għall-formazzjoni taċ-ċittadini – L-Arċisqof

Messaġġ waqt l-iffirmar tal-ftehim kollettiv bejn is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u l-MUT

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
    7 ta’ Awwissu 2018

    Jiena nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lit-tim li nnegozja dan il-ftehim kollettiv u nixtieq nieħu l-opportunità biex nagħmel żewġ punti qosra imma li nħoss li huma importanti ħafna.

    L-ewwel nett l-apprezzament tiegħi u tal-Knisja f’Malta għax-xogħol li jagħmlu l-għalliema, kemm fl-iskejjel tal-Knisja kif ukoll fl-iskejjel kollha f’Malta indipendenti u statali…

  • Kompli aqra »

“Id-destin tagħna hu li nkunu sbieħ bħas-Salvatur” – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa Pontifikali fil-festa tas-Salvatur

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, Ħal Lija
    6 ta’ Awwissu 2018

    Fit-tliet rakkonti tat-Trasfigurazzjoni li nsibu fl-Evanġelju, kull evanġelista jipprova jispjega x’ġara bl-istil u l-mod tiegħu. Meta niġbru t-tliet rakkonti flimkien (ta’ Mattew, Mark u Luqa), niġbru ħafna informazzjoni biex nippruvaw nifhmu x’ġara fuq it-Tabor dakinhar li l-Mulej ħa miegħu tliet xhieda għeżież għalih; l-ewwel żgħażagħ li sejjaħ għal warajh, weħidhom, u tela’ fuq il-muntanja u aħna ngħidu “tbiddel quddiemhom” jew kif nużaw ukoll fit-titlu għażiż tal-parroċċa tagħna: ‘ġie trasfigurat quddiemhom’…

  • Kompli aqra »

Mulej, agħmel li permezz tal-immaġini mmarkata fuq il-liżar tiegħek, ma naqtgħux qalbna u ma nitbegħdux minnek – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa mal-Arċisqof ta' Turin, bħala parti mill-proġett ta' evanġelizzazzjoni tal-Komunità Abramo bl-isem ta' 'L-Akbar Imħabba'

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien
    21 ta’ Lulju 2018

    Ippermettuli fil-bidu ta’ din l-omelja, f’dil-knisja sabiħa, nirringrazzja lill-Arċisqof ta’ Turin, Mons. Cesare Nosiglia, talli kkonċeda din il-kopja awtentika tal-Liżar ta’ Kristu li qed tkun meqjuma hawnhekk.

    Eccellenza, vorrei dire un grande grazie per questo grande dono che ci ha fatto della replica autentica della Sacra Sindone…

  • Kompli aqra »

Bonus Altor (Missier twajjeb)

Omelija tal-Arċisqof waqt l-ordinazzjoni episkopali ta' Mons. Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju ta' Malta

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    4 ta’ Awwissu 2018

    Għażiż Fr Joe,

    Nirringrazzjak f’isem il‑Knisja f’Malta talli aċċettajt il‑missjoni l‑ġdida li Ġesù, ir‑Ragħaj it‑Tajjeb, qiegħed jafdalek permezz tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku.  Nirringrazzja ’l Alla tal‑persuni kollha li wassluk għal din l‑għotja totali bħala suċċessur tal‑Appostli, bħala isqof li huwa msejjaħ jagħti ħajtu għall‑merħla…

  • Kompli aqra »

“Li tkun bażilika minuri fil-pontifikat tal-Papa Franġisku ma jfissirx li niksu l-ħitan bid-deheb imma li jkollna qalbna tad-deheb” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-għoti tat-titlu ta' bażilika minuri lill-knisja tal-Mosta


  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Bażilika Minuri ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta
    29 ta’ Lulju 2018

    “Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud” (Ġw 6:4). Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann insibu tliet ċelebrazzjonijiet tal-Għid. Kull sena fit-tliet snin tal-ministeru pubbliku ta’ Ġesù, hija mmarkata fl-Evanġelju ta’ San Ġwann mill-festa tal-Għid…

  • Kompli aqra »

San Ġużepp huwa l-patrun ta’ kull min jitlaq lill-art twelidu biex jipproteġi lil familtu. Min hu bħalu, kif nitkellmu fuqu u nittrattawh? – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Imsida fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġużepp

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, l-Imsida
    13 ta’ Lulju 2018

    F’din il-parabbola Ġesù jitkellem dwar it-talenti. Fi żmienu t-talent kienet somma flus u kienet sena paga. Il-paga ta’ ġurnata kien id-denarius, ismu miegħu, il-paga ta’ ġurnata. Imma t-talent kien sena sħiħa paga…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof waqt il-maratona televiżiva Oħloq Tbissima 2018

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Dar San Ġużepp, Santa Venera
    20 ta’ Lulju 2018

    L-appell tiegħi huwa għall-ġenerożità tal-poplu tagħna. Il-fathers ġustament tkellmu fuq il-pajjiżi li għandhom l-esperjenza sabiħa tal-preżenza tal-Missjunarji ta’ San Pawl, esperjenza li taf lill-imħabba kbira ta’ Mons. De Piro bħala fundatur u tant ġenerazzjonjiet ta’ żgħażagħ Maltin li taw ħajjtihom anke fl-artijiet tal-missjoni u għadhom jagħmlu hekk…

  • Kompli aqra »

Meta tfittex it-tjubija, l-imħabba, is-sbuħija, is-sewwa, il-verità u l-ġustizzja, tkun qed tfittex lill-Mulej – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli
    20 ta’ Lulju 2018

    Magdala huwa raħal ċkejken fuq ix-xatt ta’ għadira kbira; din l-għadira fl-Art Imqaddsa tant hi kbira li nsejħulha l-Baħar ta’ Tiberijade jew il-Baħar tal-Galilija imma hija lag, għadira tal-ilma ħelu li huwa l-ilma mix-Xmara Ġordan li mbagħad jinġabar f’din l-għadira kbira, imbagħad jerġa’ joħroġ minn din l-għadira u jibqa’ sejjer lejn il-Baħar il-Mejjet…

  • Kompli aqra »

Jekk il-bniedem jitlob xi ħaġa li hi kontra l-Liġi ta’ Alla, l-għażla għandha tkun ċara, inkella għad baqagħlu x’jitgħallem biex jimita lil San Sebastjan – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa ta' San Sebastjan, Ħal Qormi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

    14 ta’ Lulju 2018

    Fil-qari li għadna kemm smajna llum waqt li nibdew s-solennità ta’ San Sebastjan, il-kelma biża’ dehret u smajnieha kemm-il darba. Fl-Ewwel Qari smajna ħsieb sabiħ għal dawk li jibżgħu mill-Mulej…

  • Kompli aqra »