Il-Kelma tal-Arċisqof

“L-Ispirtu s-Santu ser isaħħek; fil-biża’ jagħtik it-tama, fid-dlam ikun id-dawl tiegħek” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra l-għoti tas-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti tal-Parroċċa tal-Ibraġ

  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

     

  • Ibraġ Parish Church
    19th May 2018

    I have just pronounced you grown-ups as Christians. You have to wait in order to be able to drive a car and I suggest you do that, and you have to wait to do so many other things in life, but the Church today is asking you to do something very important in front of all the community, your sponsors and your parents…

  • Kompli aqra »

“L-Ewkaristija hija l-ikel tal-pellegrini” – L-Arċisqof f’Corpus

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù u purċissjoni bl-Ewkaristija fit-toroq tal-Imdina

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Katidral tal-Imdina
    3 ta’ Ġunju 2018

    “Jekk id-demm tal-mogħoż u tal-gniedes u l-irmied tal-għoġla mraxxax fuq dawk li huma mniġġsa jista’ jqaddishom billi jagħtihom l-indafa tal-ġisem, kemm aktar id-demm ta’ Kristu, li bl-Ispirtu ta’ dejjem offra lilu nnifsu vittma safja lil Alla, jista’ jnaddaf il-kuxjenza tagħkom mill-għemil mejjet biex taqdu lil Alla ħaj!” (Lhud 9, 13-14)…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof għall-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq

Omelija fl-aħħar jum tat-tridu tal-festa ta' San Ġużepp

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Għaxaq

    2 ta’ Ġunju 2018

    Nimmaġina lil Ġesù fuq għolja sabiħa tħaddar bis-siġar b’żiffa ħelwa għaddejja tiela’ min dan il-baħar kbir jitkellem man-nies li kienu marru warajh. Tela’ fuq il-muntanja u wara li qagħad bilqiegħda resqu lejh id-dixxipli tiegħu…

  • Kompli aqra »

Id-devozzjoni lejn il-Madonna trid tgħaqqadna mhux iġġellidna! – L-Arċisqof

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Norman Zammit bħala l-Arċipriet tal-Parroċċa ta' Marija Assunta, il-Gudja

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, il-Gudja
    4 ta’ Mejju 2018

    Jiena nixtieq nimmaġinak, għażiż Fr Norman, għażiż Arċipriet, bħala ittra sabiħa miktuba mill-providenza ta’ Alla lill-poplu għażiż tal-Gudja. U min jaqra qalbek jara l-karattru amabbli tiegħek, ta’ ftit kliem, b’qalb kbira, imma bi tbissima pronta u ta’ paċenzja kbira wkoll…

  • Kompli aqra »

‘Il-ħniena li l-Mulej juża’ miegħek nitolbok tużaha mal-poplu tiegħek’ – L-Arċisqof lill-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Christopher Ellul bħala l-Arċipriet tal-Parroċċa ta' Marija Annunzjata, Ħal Tarxien

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, Ħal Tarxien
    25 ta’ Mejju 2018

    Kull meta tħares lejn il-poplu ta’ Ħal Tarxien —li llum huwa afdat f’idejk bħala ragħaj, missier u parti mill-familja— ftakar fl-isem għażiż li tawk ommok u missierek, Christopher: dak li jwassal u jġorr lil Ġesù, dak li jġorr lil Kristu f’qalbu biex iwasslu lil kull persuna li jiltaqa’ miegħu…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej għażlu biex jagħmel il-frott” – L-Arċisqof fil-funeral ta’ Fr Arthur Vella S.J.

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Arċipretali, il-Mosta
    24 ta’ Mejju 2018

    Kull wieħed u waħda minnha li qegħdin hawn illum għandna xi storja jew xi rakkont dwar dak li kien ifisser għalina Turu jew Fr Arthur. Il-preżenza tagħna hija xhieda tal-ġid kollu li għamel il-Mulej permezz ta’ dan ir-raġel għaqli u fidil, ta’ dan l-għalliem tad-dixxerniment…

  • Kompli aqra »

“Il-libsa sabiħa ta’ barra hija bħal qalb sabiħa ta’ ġewwa” – L-Arċisqof lit-tfal tas-Siġġiewi li rċevew l-Ewwel Tqarbina

Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-parroċċa tas-Siġġiewi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Knisja Parokkjali ta’ San Nikola, is-Siġġiewi

    27 ta’ Mejju 2018

    Għeżież tfal,

    L-ewwel nett nixtieq ngħidilkom prosit ta’ kemm intom libsin sbieħ. Tgħiduli: ‘Taf kemm ilna nippreparaw biex inkunu sbieħ?’ Imma għaliex ġejtu hawnhekk illum daqshekk sbieħ? Għalfejn ilbistu din il-libsa sabiħa? …

  • Kompli aqra »

“L-Ispirtu qaddis tal-Mulej mhuwiex biss dak l-ispirtu li jiggwidana lejn il-glorja imma wkoll l-ispirtu tal-maħfra” – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq il-25 anniversarju ta' Richmond Foundation

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Konkatidral ta San Ġwann, il-Belt Valletta
    19 ta’ Mejju 2018

    L-Evanġelju li għadna kemm qrajna jgħidilna li d-don tal-Ispirtu kien intimament marbut mal-glorifikazzjoni ta’ Ġesù. Fil-fatt f’kapitlu 7 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, li minnu għadna kemm smajna s-silta, il-Mulej jitkellem dwar l-Ispirtu u jagħmel dan il-kumment: “Dan qalu għall-Ispirtu li kellhom jirċievu dawk li jemmnu fih, għax l-Ispirtu kien għad ma ngħatalhomx, billi Ġesù kien għadu ma ġiex igglorifikat” (Ġw 7:39)…

  • Kompli aqra »

“Tibżgħux tkunu u turu li intom Insara” – L-Arċisqof lill-adolexxenti f’Pentekoste

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta
    20 ta’ Mejju 2018

    L-ewwel nett nirringrazzjakom talli ġejtu llum biex tirċievu s-Sagrament tal-Griżma. Nirringrazzja lill-parrini li daħlu għal din ir-responsabbiltà li jsostnukom, ikunu ta’ sapport għalikom u jagħtukom pariri sbieħ u eżempju sabiħ. Imma fuq kollox nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri u lill-qraba li għenukom biex taslu sa din il-ġurnata sabiħa fejn intom se tirċievu l-Ispirtu qaddis tal-Mulej bħalma rċevuh bħal-lum, f’Għid il-Ħamsin, id-dixxipli ta’ Ġesù miġburin madwar Marija…

  • Kompli aqra »

“Meta nistaqsu, ‘Fejn hu Alla’, ejjew inħarsu lejn il-Mulej imsallab” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-pazjenti u voluntiera ta' Hospice Movement

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, l-Iklin
    3 ta’ Mejju 2018

    Filippu jidħol fi djalogu ma’ Ġesù f’kuntest emottiv ħafna għal Ġesù, li hija l-aħħar ikla tiegħu  mad-dixxipli qabel il-mewt. U f’dan il-mument Ġesù jaqsam mad-dixxipli dak kollu li hemm fil-qalb tiegħu. Filippu jistaqsih dwar l-identità tiegħu, u hu jinsisti li huwa ħaġa waħda mal-Missier…

  • Kompli aqra »