“Meta nistaqsu, ‘Fejn hu Alla’, ejjew inħarsu lejn il-Mulej imsallab” – L-Arċisqof
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-pazjenti u voluntiera ta' Hospice Movement
19/05/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Knisja Parrokkjali, l-Iklin
3 ta’ Mejju 2018Filippu jidħol fi djalogu ma’ Ġesù f’kuntest emottiv ħafna għal Ġesù, li hija l-aħħar ikla tiegħu mad-dixxipli qabel il-mewt. U f’dan il-mument Ġesù jaqsam mad-dixxipli dak kollu li hemm fil-qalb tiegħu. Filippu jistaqsih dwar l-identità tiegħu, u hu jinsisti li huwa ħaġa waħda mal-Missier…