Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Udjenza: Fih insibu t-tama biex naffrontaw il-bidliet tal-ħajja tagħna u nitwieldu mill-ġdid

Ċiklu ta’ Katekeżi – Ġublew 2025. Ġesu Kristu t-tama tagħna. II. Il-ħajja ta’ Ġesù. Il-laqgħat. 1. Nikomedu. “Jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid” (Ġw 3:7b)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

B’din il-katekeżi nibdew nikkontemplaw xi laqgħat li jirrakkontaw il-Vanġeli, biex nifhmu l-mod li bih Ġesù jagħtina t-tama. Fil-fatt, hemm laqgħat li jdawlu l-ħajja u jġibu t-tama. Jista’ jiġri, ngħidu aħna, li xi ħadd jgħinna naraw minn perspettiva differenti diffikultà jew problema li nkunu qed ngħixu; jew jista’ jiġri li xi ħadd jirregalalna sempliċiment kelma li ma tħalliniex inħossuna waħidna fit-tbatija li nkunu qed ngħixu… Kompli aqra »

Minn Gemelli: Il-Papa jirrifletti dwar it-trasfigurazzjoni u s-saħħa fit-tbatija

Jistqarr li t-tama ddawwal l-isptarijiet u l-postijiet ta’ kura

Pope Francis in the private chapel on the 10th floor of Rome’s Gemelli Hospital  (@salastampaVaticana)

Waqt id-diskors tiegħu ta’ kull nhar ta’ Ħadd għall-Angelus, il-Papa Franġisku rrifletta fuq il-misteru tat-Trasfigurazzjoni, u enfasizza kif Ġesù, permezz tat-talb, “jgħaddas lilu nnifsu u jsir radjanti bid-dawl.”

Il-qdusija tiegħu spjega li dan il-mument juri lid-dixxipli “dak li hu moħbi wara l-ġesti li jagħmel f’nofshom: id-dawl tal-imħabba infinita Tiegħu”… Kompli aqra »

Il-Papa jirringrazzja lit-tobba għall-kura, jitlob għal ‘miraklu tal-ħniena’

Fit-test tiegħu mħejji għall-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku qed jistieden lil kulħadd biex jieħdu ħsieb dawk li huma morda u jitolbu għal ħafna nies li qed ibatu minħabba kunflitti vjolenti.

Hekk kif jinsab jirkupra minn pulmonite doppja fl-isptar Gemelli ta’ Ruma, il-Papa Franġisku ħareġ test imħejji għat-talb tal-Ħadd Angelus, li ġie ppubblikat mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede.

Huwa fakkar fil-vjaġġ tar-Randan tal-Knisja lejn l-Għid, u stieden lill-insara biex jagħmlu “żmien ta’ purifikazzjoni u tiġdid spiritwali, tkabbir fil-fidi, it-tama, u l-karità.”

Il-Papa qal li qed jaħseb b’mod speċjali fil-ħafna nies li jieħdu ħsieb dawk li huma morda, u qal li jirrappreżentaw sinjal tal-preżenza tal-Mulej għal dawk taħt il-kura tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Ejjew infittxu lill-Mulej bit-tama bħal Marija u Ġużeppi

Ritratt: Is-Sala Pawlu VI waqt waħda mill-Udjenzi Ġenerali tal-Papa (Vatican Media)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din l-aħħar katekeżi ddedikata lill-infanzja ta’ Ġesù, nieħdu spunt mill-episodju li fih, ta’ tnax-il sena, hu baqa’ fit-Tempju mingħajr ma qal b’xejn lill-ġenituri, li fittxewh inkwetati u sabuh wara tlitt ijiem. Dan ir-rakkont jippreżentalna djalogu interessanti ħafna bejn Marija u Ġesù, li jgħinna nirriflettu fuq il-mixja tal-omm ta’ Ġesù, mixja li żgur ma kinitx faċli… Kompli aqra »

“Nimxu flimkien fit-tama”

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2025

Photo by Dhivakaran S (pexels.com)

Għeżież ħuti,

Bis-sinjal penitenzjali tal-irmied fuq rasna, qed nibdew il-pellegrinaġġ li nagħmlu kull sena fir-Randan Imqaddes, fil-fidi u fit-tama.  Il-Knisja, omm u għalliema, tistedinna nħejju qlubna u ninfetħu għall-grazzja t’Alla biex inkunu nistgħu niċċelebraw b’ferħ kbir it-trijonf paskwali ta’ Kristu, il-Mulej, fuq id-dnub u l-mewt, kif kiteb San Pawl: “Fejn hi, ja Mewt, ir-rebħa tiegħek?  Fejn hi, ja Mewt, in-niggieża tiegħek?” (1 Kor 15,54-55).  Infatti, Ġesů Kristu, li miet u rxoxta, hu ċ-ċentru tal-fidi tagħna u l-garanzija ta’ tamitna fil-wegħda l-kbira tal-Missier li diġŕ twettqet fiH, Ibnu l-maħbub: il-ħajja ta’ dejjem (cfr Ġw 10,28; 17,3) [1]Kompli aqra »

Papa Franġisku: Ejjew nimxu fuq l-eżempju ta’ Xmun u Anna, pellegrini tat-tama

Ikona Armena tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju

Għeżież ħuti,

Illum nikkontemplaw il-ġmiel ta’ “Ġesù Kristu t-tama tagħna” (1 Tim 1:1) fil-misteru tal-preżentazzjoni tiegħu fit-Tempju.

Fir-rakkonti tal-infanzja ta’ Ġesù, l-evanġelista Luqa jurina l-ubbidjenza ta’ Marija u Ġużeppi għal-Liġi tal-Mulej u għall-preskrizzjonijiet kollha tagħha. Fir-realtà, f’Iżrael ma kienx hemm l-obbligu li jippreżentaw it-tarbija fit-Tempju, imma min kien jgħix fis-smigħ tal-Kelma tal-Mulej u xtaq jitwaħħad magħha, din kien iqisha prassi prezzjuża… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jwitti t-triq għal qaddisin ġodda

Servant of God Emilio Joseph Kapaun 

In an audience granted to Cardinal Secretary of State Pietro Parolin, and Archbishop Edgar Peña Parra, Substitute for General Affairs, Pope Francis authorized the Dicastery for the Causes of Saints to promulgate various Decrees concerning those on the path to sainthood.

The Holy Father recognized the “offering of life” of the Servants of God, Fr Emil Joseph Kapaun, who served as a United States Army chaplain during World War II and the Korean War; and Italian layman Salvo D’Acquisto… Kompli aqra »

Il-Papa lid-djakni: ‘Kunu appostli tal-maħfra u kunu qaddejja b’qalb tajba

  Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan

L-omelija tal-Papa Franġisku

Il-messaġġ tal-Qari li għadna kemm smajna nistgħu niġbruh f’kelma waħda: gratwità. Terminu li bla dubju ta’ xejn hu għażiż għalikom id-Djakni, hawn miġbura għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew. Mela nirriflettu fuq din id-dimensjoni fundamentali tal-ħajja Nisranija u tal-ministeru tagħkom, b’mod partikulari taħt tliet aspetti: il-maħfra, is-servizz diżinteressat u l-komunjoni.

L-ewwel: il-maħfra. It-tħabbira tal-maħfra hi ħidma essenzjali tad-djaknu. Fil-fatt hi element indispensabbli għal kull mixja ekkleżjali u kundizzjoni għal kull konvivenza umana… Kompli aqra »

Il-Papa lid-djakni: Komplu bil-ferħ u l-imħabba

Archbishop Fisichella celebrates Holy Mass for the Jubilee of Deacons  (VATICAN MEDIA Divisione Foto)

Brothers and sisters, happy Sunday!

This morning, in Saint Peter’s Basilica, the celebration of the Eucharist with the Ordination of some candidates to the diaconate was celebrated. I greet them and the participants in the Jubilee of Deacons, which has taken place in the Vatican in these days; and I thank the Dicasteries for the Clergy and for Evangelization for the preparation of this event… Kompli aqra »

“Il-Papa stabbli imma fraġli, u jeħtieġ monitoraġġ kontinwu” – tobba

Ġimgħa wara li l-Papa Franġisku ddaħħal l-Isptar Gemelli f’Ruma, it-tim mediku tiegħu pprovda aġġornament dwar il-kundizzjoni tiegħu, u enfasizza li filwaqt li huwa stabbli, is-saħħa tiegħu tibqa’ fraġli u teħtieġ monitoraġġ kontinwu.

It-tabib Sergio Alfieri, Direttur tad-Dipartiment Mediku Kirurġiku fil-Policlinico Gemelli, u t-tabib Luigi Carbone, Deputat Direttur tad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Iġjene tal-Belt tal-Vatikan, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet filwaqt li taw ddettalji dwar il-progress tal-Papa u l-isfidi li potenzjalment ġejjin… Kompli aqra »