Il-Papa talab fl-Angelus biex is-Saltna t’Alla tinkiseb flimkien mal-migranti bla ma ħadd jitwarrab
Quddiesa waqt iż-żjara pastorali f’Matera għall-għeluq tas-27 Kungress Ewkaristiku Nazzjonali
25/09/2022 Stadju komunali XXI Settembre (Matera)Il-Mulej qed jiġborna madwar il-mejda tiegħu u jsir għalina ħobż: “Huwa l-ħobż tal-festa fuq il-mejda tal-ulied, […] joħloq il-qsim ma’ xulxin, isaħħaħ ir-rabtiet, għandu togħma ta’ komunjoni” (Innu għas-XXVII Kungress Ewkaristiku Nazzjonali, Matera 2022). Imma l-Vanġelu li għadna kemm smajna jgħidilna li mhux dejjem fuq il-mejda l-ħobż hu maqsum: dan hu minnu; mhux dejjem iħalli l-fwieħa tal-komunjoni; mhux dejjem hu miksur fil-ġustizzja.
Nagħmlu sew jekk nieqfu quddiem ix-xena drammatika mfissra minn Ġesù f’din il-parabbola li għadna kemm smajna: minn naħa raġel għani liebes il-porpra u l-għażel, li jiddandan bil-ġid tiegħu u jiekol bix-xaba’; min-naħa l-oħra, raġel fqajjar, mimli ġrieħi, mixħut fuq l-għatba bit-tama li minn dik il-mejda taqa’ mqar fraka biex jista’ jtaffi l-ġuħ… Kompli aqra »