Il-Papa fl-Udjenza: Ejjew nimxu fuq l-eżempju qaddis u l-fidi ta’ San Ġużepp
29/01/2025Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Inkomplu llum nikkontemplaw lil Ġesù fil-misteru tal-oriġni tiegħu rrakkontat mill-Vanġeli tal-infanzja.
Jekk Luqa jippermettilna li nagħmlu dan mill-perspettiva tal-omm, il-Verġni Marija, Mattew jieħu l-perspettiva ta’ Ġużeppi, ir-raġel li jassumi l-paternatià legali ta’ Ġesù, biex hekk ilaqqmu fiz-zokk ta’ Ġesse u jorbtu mal-wegħda li saret lil David.
Fil-fatt, Ġesù huwa t-tama ta’ Iżrael li sseħħ: hu d-dixxendent imwiegħed lil David (ara 2 Sam 7:12; 1 Kor 17:11), li minħabba fih daru hi “mbierka għal dejjem” (2 Sam 7:29); huwa r-rimja li twarrad miz-zokk ta’ Ġesse (ara Iż 11:1), ir-“rimja ġusta” ddestinata li ssalva bħala sultan veru, li jaf iħaddem il-liġi u l-ġustizzja (ara Ġer 23:5; 33:15)… Kompli aqra »