Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Angelus: Inħarsu lejn il-ħajja billi nibdew mill-qalb tagħna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jurina lil xi skribi u fariżej li baqgħu skantati bl-atteġġjament ta’ Ġesù.  Skandalizzaw ruħhom għax id-dixxipli tiegħu qed jieklu mingħajr ma mxew fuq it-tradizzjoni ritwali li qabel, jaħslu jdejhom.  Bejnhom u bejn ruħhom jgħidu: “Din l-imġieba tmur kontra l-prattika tar-reliġjon” (cfr Mk 7, 2-5).

Aħna wkoll nistgħu nsaqsu: Għaliex Ġesù jippermetti li d-dixxipli tiegħu ma jagħtux kas ta’ dawn it-tradizzjonijiet?  Fl-aħħar mill-aħħar mhux affarijiet ħżiena, imma ritwali tajbin, sempliċi ħasil qabel wieħed jibda jiekol.  Għaliex Ġesù ma jagħtix kas?  Għax għalih l-aktar importanti hu li l-fidi terġa’ tieħu postha fil-qalba ta’ kollox.  Fl-Evanġelju dan narawh isir il-ħin kollu: li l-fidi terġa’ titqiegħed fiċ-ċentru.  U nevitaw riskju li jgħodd għal dawk l-iskribi u għalina wkoll: li nosservaw il-formalità li tidher u l-vera sustanza tal-fidi ntuha t-tieni post.  Bosta drabi aħna wkoll “nirtukkaw” qlubna.  Il-formalità esterna mhijiex ir-ruħ tal-fidi: dan hu riskju.  Huwa r-riskju ta’ reliġjożità tad-dehra: nidhru tajbin minn barra filwaqt li ma nagħtux kas biex insaffu qlubna.  Dejjem hemm it-tentazzjoni li lil Alla “nsibulu soluzzjoni” b’xi devozzjoni tad-dehra, iżda Ġesù mhux kuntent b’kult bħal dan.  Ġesù ma jridx dak li jidher, irid fidi li tirfed il-qalb… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-ipokrezija tipperikola l-għaqda fil-Knisja

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-Ittra lill-Galatin tagħtina fatt pjuttost sorprendenti. Kif smajna, Pawlu jgħid li ċanfar lil Kefa, jiġifieri Pietru, quddiem il-komunità ta’ Antjokja, għax l-imġiba tiegħu ma kinitx tajba. X’kien ġara daqshekk gravi li ġagħal lil Pawlu jdur fuq Pietru b’mod daqshekk iebes? Forsi esaġera Pawlu, ħalla l-karattru tiegħu jiġri żżejjed bih? Ħa naraw li mhuwiex hekk, imma li għal darb’oħra hawn fin-nofs ir-relazzjoni bejn il-Liġi u l-libertà… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: L-inkarnazzjoni ssejħilna biex naraw lil Ġesù fil-proxxmu

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Ġw 6, 60-69) jurina r-reazzjoni ta-folla u tad-dixxipli għad-diskors ta’ Ġesù wara l-miraklu tal-ħobż. Ġesù għamel stedina biex in-nies jifhmu dak is-sinjal u jemmnu fih, li hu l-veru ħobż li niżel mis-sema, il-ħobż tal-ħajja; u spjega li l-ħobż li Hu jagħti huwa ġismu u demmu. Għal widnejn in-nies, dal-kliem jinħass iebes u diffiċli tifhmu, tant illi, minn dak il-ħin – jgħid l-Evanġelju – ħafna reġgħu lura, jiġifieri waqfu jimxu wara l-Imgħallem (vv… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-fidi timmeritalna li nirċievu lil Ġesù

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

San Pawl, namrat ta’ Ġesù Kristu u li kien fehem tajjeb x’kienet is-salvazzjoni, għallimna li “wlied il-wegħda” (Gal 4:28) – jiġifieri lkoll kemm aħna, iġġustifikati minn Ġesù Kristu – mhumiex qegħdin taħt ir-rabta tal-Liġi, imma huma msejħin għall-istil ta’ ħajja impenjattiv fil-libertà tal-Vanġelu. Il-Liġi, imma, teżisti. Imma teżisti b’mod ieħor: l-istess Liġi, l-Għaxar Kmandamenti, imma b’mod ieħor, għax minnha nfisha ma tistax tiġġustifika, issa li ġie l-Mulej Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa: Marija tfakkarna li Alla jsejħilna għall-glorja permezz tal-umiltà

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-festa t-tajba!

Illum, Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Beata Verġni Marija, il-liturġija hi dominata mill-Magnificat. Dan l-innu ta’ ferħ qisu “ritratt” ta’ Omm Alla. Marija “tifraħ f’Alla għax ħares lejn l-umiltà tal-qaddejja tiegħu (cfr Lq 1, 47-48).

Is-sigiret ta’ Marija hu l-umiltà. Kienet l-umiltà li ġibdet il-ħarsa t’Alla fuqha. L-għajn umana tfittex dejjem il-kobor u titgħammex b’dak li jidher, Alla jħares lejn il-qalb (cfr 1, Sam 16,7) u jħossu msaħħar bl-umiltà: l-umiltà tal-qalb issaħħar ‘l Alla.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: il-laqgħa ma’ Ġesù iżjed importanti mill-Kmandamenti

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

“Għalfejn il-Liġi?” (Gal 3:19). Din hi l-mistoqsija li, bħal San Pawl, irridu ninżlu iktar fil-fond tagħha llum, biex nagħrfu l-karattru ġdid tal-ħajja Nisranija mmexxija mill-Ispirtu s-Santu. Imma jekk hemm l-Ispirtu s-Santu, jekk  hemm Ġesù li fdiena, għaliex hemm bżonn tal-Liġi? Fuq dan jeħtieġ nirriflettu llum. L-Appostlu jikteb: “Jekk lilkom imexxikom l-Ispirtu, m’intomx taħt il-liġi” (Gal 5:18). Imma l-kritiċi ta’ Pawlu kienu jsostnu li l-Galatin kellhom jimxu mal-Liġi biex isalvaw… Kompli aqra »

Il-Papa: Jalla nikbru fil-ħbiberija ma’ Ġesù, il-Ħobż tal-Ħajja

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-liturġija tal-lum Ġesù jkompli jipprietka lil dawk in-nies li kienu raw il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż.  Hu jistedinhom biex jagħmlu qabża ta’ kwalità: wara li rċevew il-manna, li biha Alla tema’ lil missirijiethom tul il-mixja twila fid-deżert,  issa japplika s-simbolu tal-ħobż għalih innifsu.  Jgħid ċar u tond: “Jien hu l-ħobż tal-ħajja” (Ġw 6, 48)

Xinhi t-tifsira tal-ħobż tal-ħajja?  … Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali: l-Evanġelju hu wieħed biss

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Meta jitkellem fuq l-Evanġelju u l-missjoni tal-evanġelizzazzjoni, Pawlu jitħeġġeġ, joħroġ minnu nnifsu. Donnu ma jkun jara xejn iżjed ħlief din il-missjoni li fdalu l-Mulej. Kollox fih huwa mogħti għal din it-tħabbira, u ma għandux interess ieħor ħlief l-Evanġelju. Din hi l-imħabba ta’ Pawlu, l-interess ta’ Pawlu, il-mestier ta’ Pawlu: li jħabbar. Jasal saħansitra biex jgħid: “Kristu ma bagħatnix biex ngħammed iżda biex inxandar l-Evanġelju” (1 Kor 1:17)… Kompli aqra »

“Jiena magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien”

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku fl-ewwel Jum DInji tan-Nanniet u l-Anzjani

 Għeżież nanniet!

“Jien magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” (cfr Mt 28,20) hi l-wegħda li għamel il-Mulej lid-dixxipli qabel ma tela’ s-sema u li llum itennieha lilek, għażiż nannu, għażiża nanna.  Lilek.  “Jien magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” huwa wkoll kliem li bħala Isqof ta’ Ruma u anzjan bħalek nixtieq ngħidlek fl-okkażjoni ta’ dan l-Ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani:  il-Knisja kollha hi qribek – biex ngħiduha aħjar, tinsab qribna; tieħu ħsiebek, tixtieqlek il-ġid u ma tridx tħallik waħdek! … Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Il-kura hi espressjoni tal-qalb

Pope Francis on Wednesday sent a message to the Rector of the Sacred Heart Catholic University, Franco Anelli, in appreciation for the professional care and concern he received during his recent hospitalization at Rome’s Agostino Gemelli Hospital.

The Gemelli Hospital is one of the largest hospitals in Italy and serves as the teaching hospital for the medical school of the Sacred Heart Catholic University… Kompli aqra »