Udjenzi Ġenerali

Il-Papa fl-Udjenza: Fih insibu t-tama biex naffrontaw il-bidliet tal-ħajja tagħna u nitwieldu mill-ġdid

Ċiklu ta’ Katekeżi – Ġublew 2025. Ġesu Kristu t-tama tagħna. II. Il-ħajja ta’ Ġesù. Il-laqgħat. 1. Nikomedu. “Jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid” (Ġw 3:7b)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

B’din il-katekeżi nibdew nikkontemplaw xi laqgħat li jirrakkontaw il-Vanġeli, biex nifhmu l-mod li bih Ġesù jagħtina t-tama. Fil-fatt, hemm laqgħat li jdawlu l-ħajja u jġibu t-tama. Jista’ jiġri, ngħidu aħna, li xi ħadd jgħinna naraw minn perspettiva differenti diffikultà jew problema li nkunu qed ngħixu; jew jista’ jiġri li xi ħadd jirregalalna sempliċiment kelma li ma tħalliniex inħossuna waħidna fit-tbatija li nkunu qed ngħixu… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Ejjew infittxu lill-Mulej bit-tama bħal Marija u Ġużeppi

Ritratt: Is-Sala Pawlu VI waqt waħda mill-Udjenzi Ġenerali tal-Papa (Vatican Media)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din l-aħħar katekeżi ddedikata lill-infanzja ta’ Ġesù, nieħdu spunt mill-episodju li fih, ta’ tnax-il sena, hu baqa’ fit-Tempju mingħajr ma qal b’xejn lill-ġenituri, li fittxewh inkwetati u sabuh wara tlitt ijiem. Dan ir-rakkont jippreżentalna djalogu interessanti ħafna bejn Marija u Ġesù, li jgħinna nirriflettu fuq il-mixja tal-omm ta’ Ġesù, mixja li żgur ma kinitx faċli… Kompli aqra »

Papa Franġisku: Ejjew nimxu fuq l-eżempju ta’ Xmun u Anna, pellegrini tat-tama

Ikona Armena tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju

Għeżież ħuti,

Illum nikkontemplaw il-ġmiel ta’ “Ġesù Kristu t-tama tagħna” (1 Tim 1:1) fil-misteru tal-preżentazzjoni tiegħu fit-Tempju.

Fir-rakkonti tal-infanzja ta’ Ġesù, l-evanġelista Luqa jurina l-ubbidjenza ta’ Marija u Ġużeppi għal-Liġi tal-Mulej u għall-preskrizzjonijiet kollha tagħha. Fir-realtà, f’Iżrael ma kienx hemm l-obbligu li jippreżentaw it-tarbija fit-Tempju, imma min kien jgħix fis-smigħ tal-Kelma tal-Mulej u xtaq jitwaħħad magħha, din kien iqisha prassi prezzjuża… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Dawk li huma umli u foqra huma xhieda tat-twelid ta’ Ġesù

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja Ġubilari tagħna ta’ katekeżijiet dwar Ġesù, li hu t-tama tagħna, illum nieqfu fuq il-ġrajja tat-twelid tiegħu f’Betlehem.

L-Iben ta’ Alla jidħol fl-istorja billi jsir sieħeb tagħna fil-vjaġġ u jibda jivvjaġġa meta għadu fil-ġuf ta’ ommu. L-evanġelista Luqa jirrakkontalna li malli tnissel, mar Nazaret fid-dar ta’ Żakkarija u Eliżabetta; u mbagħad, meta t-tqala kienet kważi lesta, minn Nazaret għal Betlehem għaċ-ċensiment… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nilqgħu l-preżenza ta’ Marija f’ħajjitna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nikkontemplaw il-ġmiel ta’ Ġesù Kristu t-tama tagħna fil-misteru tal-Viżitazzjoni. Il-Verġni Marija żżur lil Santa Eliżabetta; imma hu fuq kollox Ġesù, fil-ġuf ta’ ommu, li jżur lill-poplu tiegħu (ara Lq 1:68), kif jgħid Żakkarija fl-innu tiegħu ta’ tifħir.

Wara li tistagħġeb b’dak li ħabbrilha l-Anġlu, Marija tqum u titlaq fi vjaġġ, bħall-imsejħin kollha tal-Bibbja, għax “l-għemil waħdieni li bih il-bniedem jista’ jikkorrispondi ma’ Alla li jirrivela lilu nnifsu hu dak tad-disponibbiltà bla limiti” (H.U… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ejjew nimxu fuq l-eżempju qaddis u l-fidi ta’ San Ġużepp

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu llum nikkontemplaw lil Ġesù fil-misteru tal-oriġni tiegħu rrakkontat mill-Vanġeli tal-infanzja.

Jekk Luqa jippermettilna li nagħmlu dan mill-perspettiva tal-omm, il-Verġni Marija, Mattew jieħu l-perspettiva ta’ Ġużeppi, ir-raġel li jassumi l-paternatià legali ta’ Ġesù, biex hekk ilaqqmu fiz-zokk ta’ Ġesse u jorbtu mal-wegħda li saret lil David.

Fil-fatt, Ġesù huwa t-tama ta’ Iżrael li sseħħ: hu d-dixxendent imwiegħed lil David (ara 2 Sam 7:12; 1 Kor 17:11), li minħabba fih daru hi “mbierka għal dejjem” (2 Sam 7:29); huwa r-rimja li twarrad miz-zokk ta’ Ġesse (ara Iż 11:1), ir-“rimja ġusta” ddestinata li ssalva bħala sultan veru, li jaf iħaddem il-liġi u l-ġustizzja (ara Ġer 23:5; 33:15)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Is-servizz ta’ Marija juri t-tama u l-fiduċja profonda f’Alla

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum qed nerġgħu naqbdu l-katekeżijiet taċ-ċiklu ġubilari dwar Ġesù Kristu t-tama tagħna.

Fil-bidu tal-Vanġelu tiegħu, Luqa juri l-effetti tal-qawwa trasformanti tal-Kelma ta’ Alla li tasal mhux biss qalb il-kurituri tat-Tempju, imma anki fid-dar fqajra ta’ żagħżugħa, Marija, li, għarusa mwiegħda lil Ġużeppi, għadha tgħix mal-familja tagħha.

Wara Ġerusalemm, il-messaġġier ta’ bxajjar kbar divini, Gabrijel, li fl-isem tiegħu jiċċelebra l-qawwa ta’ Alla, hu mibgħut f’raħal li qatt ma jissemma fil-Bibbja Lhudija: Nazaret… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Irridu nipproteġu lill-iżgħar fostna u qatt ma nittolleraw l-abbuż

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-udjenza ta’ qabel tkellimna fuq it-tfal, u anki llum qed nitkellmu fuq it-tfal. Il-ġimgħa l-oħra tkellimna dwar kif, fil-ħidma tiegħu, Ġesù iktar minn darba tkellem fuq l-importanza li nipproteġu, nilqgħu u nħobbu lill-aktar ċkejknin.

U safrattant, sal-lum fid-dinja, mijiet ta’ miljuni ta’ minuri, imqar jekk ma għandhomx l-età minima biex joqogħdu għall-obbligi tal-età adulta, jiġu mġiegħla jaħdmu u ħafna minnhom huma esposti għal xogħlijiet partikularment perikolużi… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Sejħa biex nipproteġu t-tfulija u nrawmu t-tama

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nixtieq niddedika din il-katekeżi u li jmiss lit-tfal u nirrifletti fuq il-pjaga tax-xogħol tal-minuri.

Illum nafu kif naraw lil Mars u nixħtu ħarsitna lejn dinjiet virtwali, imma mbagħad inbatu biex inħarsu f’għajnejn tifel li tħalla fil-ġenb u li qed jiġi sfruttat u abbużat. Is-seklu li qed jiġġenera l-intelliġenza artifiċjali u jipproġetta ħajja fuq iktar minn pjaneta waħda għadu ma rnexxilux jindirizza l-pjaga tat-tfulija umiljata, sfruttata u midruba għall-mewt… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: “Ġesù Kristu t-tama tagħna”

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Ċiklu – Ġublew 2025. Ġesù Kristu t-tama tagħna. I. L-infanzja ta’ Ġesù. 1. Il-
ġenealoġija ta’ Ġesù (Mt 1:1-17). Id-dħul tal-Iben ta’ Alla fl-istorja

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum qed nibdew iċ-ċiklu ta’ katekeżijiet għal matul is-Sena Ġubilari kollha. It-tema hi “Ġesù Kristu t-tama tagħna”: fil-fatt, huwa għandu li jrid jasal il-pellegrinaġġ tagħna, u hu stess hu t-triq, il-mixja li rridu nterrqu… Kompli aqra »