Il-Papa fl-Udejnza: L-Ewropa għandha bżonn issib mill-ġdid passjoni u ħeġġa
27/09/2023 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti!
Fl-aħħar tal-ġimgħa l-oħra mort Marsilja biex ħadt sehem fl-għeluq tar-Rencontres Méditerranéennes, fejn ħadu sehem Isqfijiet u Sindki tar-reġjun tal-Mediterran, flimkien ma’ għadd kbir ta’ żgħażagħ, biex il-ħarsa tkun miftuħa għall-futur. Fil-fatt, dak li seħħ f’Marsilja kien intitolat “Mużajk ta’ tama”. Din hija l-ħolma, din hi l-isfida: li l-Mediterran jerġa’ jsib il-vokazzjoni tiegħu, li jkun laboratorju ta’ ċiviltà u ta’ paċi.
Il-Mediterran, dan nafuh, hu benniena ta’ ċiviltà, u benniena qiegħda hemm biex tagħti l-ħajja! … Kompli aqra »