Il-Knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja se ssir parti mill-esperjenza tal-viżitatur tal-MUŻA
28/02/2025L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u Heritage Malta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim (MoU) importanti biex tiġi restawrata l‑Knisja ta’ Santa Katerina tal‑Italja fil‑Belt Valletta u jinfetaħ l‑aċċess pubbliku għaliha mill‑MUŻA – il‑Mużew Nazzjonali tal‑Arti tal‑Komunità.
Il‑ftehim jirrifletti r‑rieda komuni taż‑żewġ entitajiet li jestendu l‑opportunitajiet għall‑pubbliku biex japprezza din il‑binja ikonika ta’ żmien il‑Kavallieri fil‑kapitali, li bħalissa sservi bħala l‑knisja parrokkjali tal‑komunità Taljana f’Malta. Lil hinn mill‑funzjonijiet reliġjużi, Santa Katerina tal‑Italja hija wkoll l‑uniku eżempju li għadu jeżisti ta’ knisja ta’ żmien il‑Kavallieri mqabbda mal‑berġa tagħha, f’dan il‑każ il‑Berġa tal‑Italja, fejn illum hemm il‑MUŻA… Kompli aqra »