L-Aħbarijiet

Kunċert mill-Kor Jubilate Deo f’għeluq il-50 sena tiegħu

Il‑Kor Jubilate Deo

Il‑Kor Jubilate Deo, li huwa l‑kor tal‑Katidral tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, se jagħti kunċert f’għeluq il-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, nhar l-Erbgħa li ġej 15 ta’ Mejju fil-Knisja tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien.

Il-kunċert bl-isem ta’ ‘Faħħruh’ se jkun talb bil-mużika ta’ Taizé u kant Gregorjan. Id-direzzjoni mużikali se tkun f’idejn il-Maestro di Cappella Christopher Muscat, id-direttur tal-kor u d-Direttur Mużikali tal-Arċidjoċesi.

Flimkien mal-kor se jieħdu sehem il-Cappella Gregoriana Jubilate Deo, il-Pueri Cantores Jubilate Deo, kif ukoll il-Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li huwa kor magħmul minn koristi mill-parroċċi kollha… Kompli aqra »

Jitnieda l-ktieb “Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù”

Waqt laqgħa Ġenerali tal-MUSEUM, tnieda l-ktieb Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù, bijografija rriċerkata u miktuba minn Stephen Zammit, membru tas-Soċjetà.

Gilbert miet xahrejn qabel għalaq 16-il sena, u ħafna huma dawk li jixhdu għall-qdusija tiegħu, speċjalment fil-mard.

Għal din l-okkażjoni kienu mistiedna wkoll l-aspiranti u l-magħżulin tal-oqsma Maltin. Kienu preżenti wkoll il-mamà ta’ Gilbert, ħutu Loraine u Keith, flimkien ma’ qraba u ħbieb oħra… Kompli aqra »

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fl-ewwel żjara ‘ad limina’ tagħhom fil-Vatikan

Mix-xellug: L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex illum ħallew Malta għal żjara ad limina Apostolorum fil‑Vatikan sabiex jagħtu rendikont dwar l‑istat taż‑żewġ djoċesijiet. Matul din iż‑żjara ta’ ħamest ijiem, l‑isqfijiet se jkollhom udjenza mal‑Papa Franġisku li se ssir nhar il‑Ġimgħa filgħodu.

Bi preparazzjoni għal din iż‑żjara, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex ħejjew żewġ rapporti dwar il‑ħidma fid‑djoċesijiet li se jiġu ppreżentati lill‑Papa u lid‑diversi dekasteri tal‑Kurja Rumana… Kompli aqra »

Alla jassiguralna destin ta’ ferħ, paċi u qdusija – L-Arċisqof

Quddiesa għall-Kattoliċi kollha li jgħixu f'Malta

  IL-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

There is a phrase in the gospel that the deacon has just proclaimed that we celebrate today on the feast of the ascension. ‘Ascension’ comes from the Latin word ‘ascendere‘ which means ‘to be lifted/exalted/taken up’. The phrase used by the evangelist Mark is “After the Lord Jesus had spoken to them, he was taken up into heaven and he sat at the right hand of God” (Mk 16:19-20). This is what we say also in the Creed… Kompli aqra »

L-IA qed tqajjem lill-umanità minn raqda kkaġunata mill-illużjoni tal-omnipotenza – Il-Papa Franġisku

Dear brothers and sisters!

The development of systems of artificial intelligence, to which I devoted my recent Message for the World Day of Peace, is radically affecting the world of information and communication, and through it, certain foundations of life in society. These changes affect everyone, not merely professionals in those fields. The rapid spread of astonishing innovations, whose workings and potential are beyond the ability of most of us to understand and appreciate, has proven both exciting and disorienting… Kompli aqra »

60 sena ta’ servizz b’risq is-saċerdoti anzjani

Il-Qaddejja taċ-Ċenaklu jitkellmu dwar il-vokazzjoni tagħhom f'dokumentarju ta' Newsbook

F’għeluq is-60 anniversarju mill-ftuħ tad-Dar tal-Kleru u t-twaqqif tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu, Newsbook Malta ħejja dokumentarju qasir li jħares lejn il-ħajja tas-saċerdoti f’din id-Dar u s-sabiħ ta’ dawn il-vokazzjonijiet li jaqdu l-bżonnijiet materjali u spiritwali tal-qassisin.

Tista’ ssegwi dan id-dokumentarju speċjali hawnhekk:

Id-dokumentarju jlaqqgħana ma’ Sr. Lorna, l-aħħar tfajla li daħlet għal din il-missjoni, ma’ Sr Nikolina li hi responsabbli mill-mediċina, ma’ Sr. Glorianne li sibniha fil-kċina tipprepara l-ingredjenti għall-ħelu u ma’ Sr Fortunata li tiftakar sew lil fundatur Monsinjur Salvu Grima… Kompli aqra »

Il-wirja tar-ritratti ‘Changes’ inawgurata fi Pjazza San Pietru

The inauguration of the photographic exhibition “Changes” took place on 7 May in Saint Peter’s Square. The exhibit is curated by Lia and Marianna Beltrami together with the Dicastery for Communication, the Dicastery for Promoting Integral Human Development and the Laudato Si’ Center for Higher Education. 

The exhibit features 24 photograms by artists from peripheries around the world – Bangladesh, Ethiopia, Amazonia, Florida, Greece, Italy, Iceland, Australia, Turkey – paired together with verses from St… Kompli aqra »

Inawgurat Ġnien il-Meditazzjoni f’Dar Ħanin Samaritan

Fil-jiem li għaddew ġie inawgurat Ġnien il-Meditazzjoni f’Dar Ħanin Samaritan, li huwa parti mir-residenza ta’ Dar il-Ħanin Samaritan u ċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Santa Venera.

Dan kien iddisinjat mill-Perit Richard England hu spazju sagru li kull min jidħol fih jista’ jinġabar u jduq is-silenzju, iżda fuq kollox wieħed jista’ jesperjenza is-sbuħija tal-kuluri, tal-forom u tad-dwal, li jwasslu biex jiffaċilitaw il-laqgħa tal-bniedem li jżur dan il-ġnien ma’ Alla.

Il-ħsieb wara dan il-ġnien hu li l-bniedem huwa intrinsikament attirat lejn is-sbuħija u hi l-istess sbuħija li twassal lill-bniedem biex jinbidel u jsir aktar tajjeb u ġust… Kompli aqra »

Stedina għall-Kattoliċi kollha f’Malta

Biex jiċċelebra d-diversità fl-għaqda tal-fidi Kattolika, l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa bl-Ingliż flimkien mal-Kattoliċi kollha li jitkellmu lingwi differenti, iżda li kollha jqisu lil Malta bħala darhom, biex jiċċelebraw is-sbuħija tad-diversità tagħhom waqt li jaqsmu bejniethom l-għaqda tal-Ewkaristija.

Il-quddiesa se ssir nhar is-Sibt li ġej fil-11 ta’ Mejju fis-6pm fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Wara jkun hemm riċeviment żgħir biex dawk preżenti jkunu jistgħu jkomplu jiċċelebraw din l-għaqda… Kompli aqra »