L-Aħbarijiet

Live: Poloz u Għażla tal-Iskejjel: St Francis – 9 ta’ Frar, 12:00pm

Polza u Għażla: Kinder 2 Subien, St Francis Msida 2022-2023, 12:00pm

Polza u Għażla: Kinder 1 Bniet, St Francis St Luċija 2022-2023, 12:45pm

Polza u Għażla: Kinder 1 Subien, St Francis St Luċija u l-Imsida 2022-2023, 1:45pm

Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube. Kompli aqra »

Mal-2,000 persuna mietu jew għebu fil-Mediterran fl-2021

36 organizzazjoni għamlu azzjoni kommemorattiva għal dawk li mietu jaqsmu l-fruntieri bil-baħar. L-organizzazjonijiet qalu li 1,971 persuna mietu jew għebu fil-Mediterran fl-2021. L-UNHCR qalet li f’dawn l-aħħar għaxar snin, in-numru ta’ nies li mietu huma u jivvjaġġaw fuq il-Mediterran qabeż it-23,000.

Fi stqarija ta’ 36 organizzazjoni qalu li l-awtoritajiet Maltin qegħdin ikomplu jonqsu mid-dmirijiet tagħhom li jipproteġu l-ħajja tan-nies li qed ifittxu ażil fiż-żona Maltija ta’ tfittxija u salvataġġ… Kompli aqra »

Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta se twaqqaf kor sabiex janima quddies waqt diversi attivitajiet djoċesani. Il‑kor se jkun iffurmat minn tfal u adulti. Dawk kollha minn 9 snin ’il fuq jistgħu japplikaw. Għalkemm mhuwiex neċessarju, tagħrif bażiku fil‑qari tal‑mużika jitqies ta’ vantaġġ.

Il‑kor se jkun taħt it‑tmexxija tal‑Mro Christopher Muscat, maestro di cappella tal‑Katidral Metropolitan u direttur mużikali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Agħfas hawn biex tapplikaKompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-Knisja hi l-komunità tal-midinbin mifdija

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-ġimgħat stajna ninżlu iżjed fil-fond tal-figura ta’ San Ġużepp billi ħallejna jdawluna l-ftit tagħrif importanti li jagħtuna l-Vanġeli, u anki l-aspetti tal-personalità tiegħu li l-Knisja mal-medda tas-sekli wrietna permezz tat-talb u d-devozzjoni. Ibda proprju minn dan is-“sentiment komuni” li fl-istorja tal-Knisja sieħeb dejjem il-figura ta’ San Ġużepp, illum nixtieq nieqaf fuq artiklu importanti tal-fidi li jista’ jagħni l-ħajja Nisranija tagħna u jista’ wkoll jorjenta bl-aħjar mod ir-relazzjoni tagħna mal-qaddisin u ma’ ħutna l-mejtin: qed nitkellem fuq ix-xirka tal-qaddisinKompli aqra »

Kunsill ġdid tal-Kappillani 2022-2024

(xellug) Dun Louis Suban, Dun Andew Schembri, Dun Mario Mangion, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, Dun Bastjan Caruana, Dun Reuben Micallef u Patri Renald Lofreda

Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2022 – 2024 fil-laqgħa tal-Kulleġġ tat-2 ta’ Frar 2022. Il-Kunsill tal-Kappillani hu magħmul minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani. Il-Kulleġġ hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta.

Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma: Dun Mario Mangion, l-Arċipriet ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, li reġa’ nħatar President; Dun Reuben Micallef, il-Kappillan ta’ Pembroke; Dun Bastjan Caruana, l-Arċipriet tal-Mosta; Louis Suban, il-Prespostu ta’ Birkirkara; Dun Andrew Schembri, il-Kappillan ta’ Ħal Għaxaq; Dun George Schembri, il-Kappillan tal-Imġarr; u Patri Renald Lofreda O.Carm, il-Kappillan tal-Balluta… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tissospendi applikazzjoni ta’ ppjanar ta’ binja fuq sular wieħed

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ssospendiet applikazzjoni mal‑Awtorità tal‑Ippjanar biex tiġi rijabilitata proprjetà abbandunata fir‑Rabat. Dan sabiex jiġu ċċarati xi punti mqajma mill‑Awtorità għall‑Ambjent u r‑Riżorsi (ERA), u li kienu s‑suġġett ta’ rapporti skorretti fil‑media.

L‑applikazzjoni mressqa mill‑Arċidjoċesi tipproponi li residenza ta’ sular wieħed terġa’ ssir abitabbli. Dan wara li ttieħdet lura minn persuni li okkupaw il‑post illegalment. Qed jiġi propost ukoll li jiġu indirizzati l‑illegalitajiet li twettqu mill‑istess persuni fuq dan is‑sit, li jinsab biswit proprjetà ta’ terzi u viċin binjiet oħra… Kompli aqra »

L-applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

Għada t‑Tlieta, 1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej.  In‑numru ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 916 (831 f’Malta u 85 f’Għawdex). Fir‑regolamenti li ġew ippubblikati f’Novembru li għadda fuq www.knisja.mt hemm informazzjoni dettaljata tal‑postijiet offruti u tal‑kriterji kif ukoll il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra… Kompli aqra »

Il-Knisja m’għandhiex tieqaf titkellem minkejja li ma tagħmilx dejjem ir-rieda ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tal-Oratorju tas-Salesjani ta’ Dun Bosco, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dis-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa f’kapitlu 4 tibda b’sens kbir ta’ ammirazzjoni għal Ġesù: “Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu” (Lq 4:22). Imma d-diska malajr tinbidel għax lejn tmiem is-silta din l-ammirazzjoni tinbidel f’korla: “Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ’il barra mill-belt u ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija u riedu jixħtuh minn fuq għal isfel” (Lq 4:28-29)… Kompli aqra »

22 entità jitolbu azzjoni immedjata b’rabta maż-żieda fil-prezz ta’ prodotti bażiċi tal-ikel

22 entità tal‑Knisja, li jaħdmu mill‑qrib mal‑persuni l‑aktar fil‑bżonn u vulnerabbli fis‑soċjetà, huma mħassba biż‑żieda fil‑prezzijiet ta’ bżonnijiet bażiċi speċjalment dawk tal‑ikel. Huma qed jappellaw lill‑mexxejja u l-istituzzjonijiet tal‑pajjiż sabiex ikomplu jagħtu prijorità lil dawn il‑persuni fil‑bżonn u jieħdu azzjoni biex iż‑żieda fil‑prezzijiet ma tagħmilx is‑sitwazzjoni tal‑faqar tagħhom f’Malta agħar milli hi. Dan hekk kif jirriżulta li ħafna mill‑prodotti bażiċi bħalma huma l‑għaġin, iz‑zalza u ż‑żejt għolew b’minn talanqas 20%… Kompli aqra »