L-Aħbarijiet

Live: Il-Quddiesa tal-funeral ta’ Dun Tancred Sultana

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, il-Ħamrun

Il-quddiesa tal-funeral ta’ Dun Tancred Sultana se ssir nhar it-Tnejn, 16 ta’ Awwissu 2021, fit-3pm, fil-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun. Il-quddiesa se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna. Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr fuq il-faċċata tal-knisja ta’ Ħ’Attard

Il-proġett huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Tlesta x‑xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ħajt ta’ ġenb wieħed tal‑knisja parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħ’Attard, xogħol li sar b’investiment ta’ €61,000 b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll il‑Kap tat‑Taqsima Proprjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Roberto Buontempo, u l‑kappillan Dun Joseph Grech.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxa wkoll il‑poplu ta’ Ħ’Attard, twettaq xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ġenb tal‑knisja wara li dawn ġew affettwati mid‑deterjorazzjoni tal‑ġebla, fosthom l‑espożizzjoni għall‑elementi naturali, l‑umdità u t‑tniġġis tal‑arja… Kompli aqra »

Il-Knisja bi proġett ġdid li ser jgħin liż-żgħażagħ fl-Isla

Il-proġett huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta, permezz tal‑Fondazzjoni għall‑Opri Soċjali, applikat u ngħatat il‑fondi tal‑Unjoni Ewropea biex tmexxi proġett soċjali għaż‑żgħażagħ tal‑Isla. L‑għan ewlieni tal‑proġett hu li jħeġġeġ u jagħti l‑għodda meħtieġa lill‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ ta’ bejn 12 u 19‑il sena, sabiex ikollhom esperjenzi pożittivi u opportunitajiet ġodda permezz ta’ programmi ta’ taħriġ.

Dan il‑proġett b’investiment ta’ €86,000, li 80% ser jiġu ffinanzjati mill‑Fond Soċjali Ewropew, tħabbar waqt konferenza tal‑aħbarijiet li saret dalgħodu fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina fl‑Isla… Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju 2020: Tnaqqis drastiku mill-ġbir fil-knejjes b’effett tal-pandemija

Fl‑2020, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha iktar minn 100 entità u timpjega iktar minn 1,300 persuna, irreġistrat tnaqqis drastiku fis‑surplus minn €3.5 miljun fis‑sena 2019 għal €1.2 miljun fis‑sena 2020. Iż‑żewġ fatturi ewlenin li kkontribwixxew għas‑surplus kienu d‑dħul ta’ darba f’ishma li rċeviet Fondazzjoni Sebħ, kif ukoll wirtijiet li rċevew id‑Dar tal‑Providenza u d‑Dar tal‑Kleru.

Dan tħabbar mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof fejn qal li l‑pandemija ġabet magħha sfidi finanzjarji kbar… Kompli aqra »

Ħatriet ġodda f’diversi parroċċi f’Malta

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Santa Luċija

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Ronnie Zammit bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Piju X, Santa Luċija.

Dun Ronnie Zammit twieled fid‑9 ta’ Marzu 1982. Huwa rċieva l‑formazzjoni għas‑saċerdozju fis‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u segwa l‑istudji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2009.

Dun Ronnie serva fil‑parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u kien viċi kappillan tal‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Kompli aqra »

Ktieb ġdid dwar ir-restawr li sar fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann għalqet 20 sena mit-twaqqif tagħha fil-31 ta’ Lulju 2021. Għall-okkażjoni nediet il-pubblikazzjoni The St John’s Co-Cathedral: Looking After a Cultural Gem – 20 Years of Restoration and Conservation.

Fl-indirizz tal-ftuħ, il-President tal-Fondazzjoni Prof. Mons. Emmanuel Agius, qal li “l-għan tal-pubblikazzjoni li nedejna hu li juri u jiddokumenta l-legat tal-programm estensiv u kompensiv ta’ restawr u konservazzjoni li wettqet il-Fondazzjoni matul dawn l-aħħar 20 sena… Kompli aqra »

L-Arċisqof jinawgura l-pittura tal-koppla tal-knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il-Birgu

Il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna ppresjeda l-akkademja mużikali li saret fl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbiħ tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

Il-koppla tal-knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu nbniet fl-1954, wara li dik antika ġġarrfet kawża tal-attakk fuq HMS Illustrious f’Jannar 1941. Tħalliet fuq il-ġebla sakemm l-Arċipriet preżenti, il-Kan. Dun Karm Busuttil, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, daħlu għall-proġett tal-pittura, id-dekorazzjoni u l-induratura tagħha… Kompli aqra »

Titwaqqaf il-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi flimkien mal‑Ministru għall‑Wirt Nazzjonali, l‑Arti u l‑Gvern Lokali Jose Herrera ppresedew għall‑iffirmar tat‑twaqqif tal‑Fondazzjoni tal‑Knisja tal‑Ġiżwiti.

Il‑Knisja taċ‑Ċirkonċiżjoni tal‑Mulej, magħrufa bħala l‑Knisja tal‑Ġiżwiti, hija waħda mill‑eqdem knejjes fil‑Belt Valletta, u waħda mill‑akbar fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑Knisja kienet oriġinarjament inbniet bejn l‑1593 u l‑1609 mill‑Ordni tal‑Ġiżwiti. Il‑Knisja tinkludi xogħlijiet ta’ arti ta’ Mattia Preti, Giovanni Battista Caracciolo, Stefano Erardi u Alessio Erardi fost oħrajn, u l‑artal titulari huwa magħmul minn Filippo Paladini… Kompli aqra »