L-Aħbarijiet

Ejja u ara – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Filippu u San Ġakbu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix?” (Ġw 14:9) Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju tal-lum. Hawn qiegħed fl-Aħħar Ċena. Qisu Ġesù ħadha bi kbira għax Filippu kien għadu kif qallu “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina” (Ġw 14:8). U Ġesù qallu: int ilek tant miegħi u għadek ma għaraftnix, li jien fil-Missier u l-Missier fija? … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 2 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Par idejn bieżla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-vara sabiħa ta’ San Ġużepp Ħaddiem li hawn f’din il-parroċċa, li s-sena d-dieħla jaħbat il-50 sena minn meta waslet u ħarġet l-ewwel darba fil-purċissjoni, hi vara unika fost il-vari titulari ta’ pajjiżna għax hi l-unika waħda li turi lil San Ġużepp bħala ħaddiem. Meta tħares lejha, tinduna li diġà hemm messaġġ importanti ħafna għalina, għall-ħajja tagħna. Nixtieq li nħares biss lejn dettall partikulari ta’ din il-vara – iż-żewġ idejn ta’ San Ġużepp, par idejn bieżla, li juruk diġà min-naħa San Ġużepp li hu l-missier putattiv ta’ Ġesù, u min-naħa l-oħra San Ġużepp mastrudaxxa, San Ġużepp ħaddiem… Kompli aqra »

Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Il-Knisja f’Malta tkompli l-proċess tas-smigħ

Webinar ‘Knisja li Tisma’’

Il-Knisja f’Malta organizzat it-tieni laqgħa online dwar il-proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, li saret it-Tlieta 27 ta’ April 2021. Għall-webinar bit-tema ‘Knisja li tisma’’ attendew madwar 170 parteċipant fuq il-pjattaforma Zoom. Il-preżentazzjoni, il-filmat u d-diskussjoni fil-gruppi permezz tal-breakout rooms iffukaw fuq l-attitudni pastorali tas-smigħ b’enfasi fuq x’tip ta’ smigħ għandna nagħmlu bħala dixxipli missjunarji u bħala Knisja.

Il-parteċipanti ddiskutew tliet mistoqsijiet marbuta ma’ din il-proċess: x’inhu meħtieġ biex is-smigħ tal-Kelma jitpoġġa fiċ-ċentru u x’riżorsi hemm bżonn biex dan isir; x’inhu meħtieġ biex is-smigħ iwassal għal għaqda ikbar tal-komunità Nisranija u biex ikun hemm komunikazzjoni aħjar; u s-smigħ tar-realtà li jwassal ghal tweġiba pastorali kuraġġjuża li hi meħtieġa fis-sitwazzjoni tal-lum li ġiet affettwata daqstant mill-pandemija… Kompli aqra »

Liġi ġdida kontra l-korruzzjoni għall-membri tal-maniġment fil-Vatikan

Pope Francis releases a Motu proprio requiring a declaration on the part of senior management and administrators that they are clear of convictions or investigations regarding terrorism, money laundering or tax evasion. They will also be prohibited from placing assets in tax havens or investing in companies whose principles are against the Church’s doctrine. All employees are prohibited from receiving gifts worth more than €40.

“According to Scripture, faithfulness in matters of little consequence is related to faithfulness in more important ones.”

These words introduce Pope Francis’s new Motu proprio on transparency, released on Thursday, through which the Pope will require everyone in a management position in the Holy See, and all who carry out administrative, judicial or supervisory functions, to sign a declaration stating they have never received a conviction, and that they are not subject to any pending criminal trials or investigations regarding corruption, fraud, terrorism, money laundering, exploitation of minors, or tax evasion… Kompli aqra »

Ta’ Pinu jingħaqad ma’ santwarji Marjani oħra fit-talba tar-rużarju għat-tmiem tal-pandemija

Il-Papa Franġisku ta widen għax-xewqa ta’ tant Insara biex fix-xahar Marjan ta’ Mejju, il-Knisja kollha tingħaqad fit-talb lil Ommna Marija għat-tmiem tal-pandemija li issa ilha iktar minn sena tagħfas fuq id-dinja kollha. Għalhekk il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni nieda l-inizjattiva li f’kull ġurnata tax-xahar ta’ Mejju, fis-6pm, tixxandar minn santwarji Marjani differenti t-talba tar-Rużarju li fiha jkunu jistgħu jipparteċipaw il-fidili Nsara tad-dinja kollha. Il-Papa Franġisku se jiftaħ u jagħlaq din il-“katina ta’ talb” billi jitlob minn żewġ postijiet Marjani sinifikattivi fil-Vatikan… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti ġodda

Il‑Knisja f’Malta se jkollha erba’ saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 8 ta’ Mejju 2021, fid‑9:30 a.m., fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal il‑Ġdid, u se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

  • Roderick Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Joshua Cortis mill‑Parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun
  • Jean‑Claude Schembri mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Mark Scicluna tal‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini

Iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju qed jistieden liż‑żgħażagħ biex jirriflettu dwar il‑possibiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża… Kompli aqra »