L-Aħbarijiet

Festa oħra ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza fl-Ewwel ta’ Jannar

Ingħataw id-dettalji tal-25 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-Ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza, li din is-sena qed tfakkar il-55 Anniversarju tat-twaqqif tagħha, biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha u ssaħħaħa. Id-dettalji ngħataw mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar, u s-Sur Jesmond Saliba, membru tal-Bord tad-Dar.

Din is-sena, il-Festa ta’ Ġenerożità se ssir b’mod differenti mis-soltu imma għandha importanza wisq aktar minn qatt qabel… Kompli aqra »

Uffiċċju ġdid għal Malta Guide Dogs Foundation grazzi għall-Arċidjoċesi ta’ Malta

L-Arċisqof jinawgura u jbierek l-uffiċċju l-ġdid

  L-uffiċċju tal-Malta Guide Dogs Foundation, Santa Venera

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna inawgura uffiċċju ġdid tal-Malta Guide Dogs Foundation (MGDF) nhar it-Tnejn 30 ta’ Diċembru. L-uffiċċju ngħata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta lill-fundazzjoni għal snin bla kera, wara li din tilfet l-uffiċċju li kellha qabel minħabba li għadda għand operatur privat. Min-naħa tagħha l-fondazzjoni rranġat il-post bil-għajnuna ta’ numru ta’ sponsors u l-post issa fih mejda fejn jista’ jiltaqa’ l-bord, żewġ skrivaniji, kċina żgħira u kamra tal-banju… Kompli aqra »

Il-Kardinal Grech jiċċelebra quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru

Il-Kardinal Mario Grech, illum t-Tnejn, 30 ta’ Novembru 2020, ippresieda quddiesa kkonċelebrata fuq l-altar tal-Kattedra fil-Bażilika ta’ San Pietru, li matulha ħadu sehem lajċi, sorijiet u saċerdoti Maltin u Għawdxin.

Fl-omelija tiegħu, il-Kardinal Grech qal li l-ħarsa ta’ Ġesù tefa’ fuq Sant’Andrija tefagħha wkoll fuqu nhar is-Sibt li għadda meta l-Papa Franġisku ħatru kardinal għas-servizz tal-Knisja Universali.

Fit-tislima tiegħu lill-komunità Maltija, il-Kardinal Grech talab lill-Madonna tħares lil Malta u Għawdex, b’mod partikulari għall-għaqda fis-sitwazzjoni tal-lum… Kompli aqra »

Il-Papa jitlob lill-kardinali jibqgħu fit-triq tal-Mulej

The consistory in the Vatican to create 13 new cardinals, 28 November 2020  (Vatican Media)

Pope Francis on Saturday held the 7th ordinary public consistory of his pontificate to create 13 new cardinals who come from 8 nations of the world.  He shared a reflection before bestowing on them the cardinal’s birretta (red hat), the ring and the title. 

He commented on a passage from Mark’s Gospel where Jesus speaks about his humiliation, passion, death and resurrection while approaching Jerusalem.  Meanwhile, James and John urge Jesus for a place of privilege when He is in glory.  But Jesus tells the two brothers they must first be ready to suffer and be a servant of others like the Son of Man.   

The Pope said that the road to Jerusalem is the road of life and salvation, which is travelled with Christ and which leads to the paschal mystery of Jesus… Kompli aqra »

Il-Papa jaħtar lil Dun Ivan Camilleri bħala l-Isqof Awżiljarju ta’ Toronto

Pope Francis has appointed Fr. Ivan Camilleri as auxiliary bishop of the Archdiocese of Toronto. Following his episcopal ordination, the new bishop will join three auxiliary bishops currently assisting the Archbishop of Toronto, Cardinal Thomas Collins, in serving the faithful of the Archdiocese of Toronto. Bishop-designate Camilleri commented on the appointment from the Holy Father:

“I am very humbled by the trust that Pope Francis and Cardinal Collins have placed in me to serve the Archdiocese of Toronto in this ministry… Kompli aqra »

Live: Il-Papa joħloq 13-il kardinal ġdid

  Il-Bażilika ta' San Pietru, il-Vatikan

Illum, is-Sibt, 28 ta’ Novembru 2020, fl-4pm, il-Knisja se jkollha 13-il kardinal ġdid. Disgħa minnhom huma iżgħar minn 80 sena u għalhekk, għandhom id-dritt jipparteċipaw f’konklavi. L-erbgħa l-oħra għandhom aktar minn 80 sena.

Tnejn mill-kardinali l-ġodda jaħdmu fil-Kurja Rumana: Is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, l-Isqof Emeritu Mario Grech, u Marcello Seme, l-Isqof Emerity ta’ Albano u l-Prefett il-ġdid tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin.

Magħhom se jingħaqdu wkoll sitt mexxejja oħra Kattoliċi minn madwar id-dinja: l-Arċisqof ta’ Kilgali fir-Rwanda, Antoine Kambanda; l-Arċisqof ta’ Washington, l-Istati Uniti, Wilton Gregory; l-Arċisqof ta’ Capiz fil-Filippini, Jose Fuerte Advincula; l-Arċisqof ta’ Santiago, iċ-Ċilì, Celestino Aós Braco; il-Vigarju Appostoliku tal-Brunej, Cornelius Sim; u l-Arċisqof ta’ Siena fl-Italja, Augusto Paolo Lojudice… Kompli aqra »

Il-kardinali eletti jħejju għal konċistorju mhux tas-soltu

Red hats await new heads  (Vatican Media)

Pope Francis announced just over a month ago that he would create 13 new Cardinals at a Consistory on 28 November.

The news came as a surprise, not least to those men called to serve the Church and the Successor of Peter in a special way, to the point of giving their own blood.

For that is what the color red in their distinctive dress symbolizes: their willingness to sacrifice themselves usque ad sanguinis effusionem, “to the point of shedding their own blood”… Kompli aqra »

113 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

113 persuna temmew b’suċċess wieħed mit‑13‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Fil-kuntest tal-pandemija COVID-19, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ddeċieda li ċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni, li kienet maħsuba ssir illum il‑Ġimgħa, ma ssirx. L-Istitut jixtieq jieħu l-opportunità jawgura lill-partiċipanti kollha li ser ikunu qed jirċievu ċ-ċertifikat b’mod personali.

Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu: fl‑oqsma tal‑familja, it-teoloġija, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, id‑dimensjoni spiritwali fil‑kura tas‑saħħa, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana, Injazjana u l‑akkumpanjament spiritwali, l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti, l‑iżvilupp tar‑responsabbilità ambjentali, u l-formazzjoni għall-fratelli adolexxenti… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: L-imħabba hija l-għerq mistiku fil-ħajja tal-persuni li jemmnu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-ewwel passi tal-Knisja fid-dinja seħħu fit-talb. Il-kitbiet appostoliċi u r-rakkonti kbar tal-Atti tal-Appostli jgħaddulna x-xbieha ta’ Knisja li timxi, Knisja ħabrieka, li imma ssib fil-laqgħat tat-talb il-bażi u l-enerġija għall-azzjoni missjunarja. Ix-xbieha tal-Komunità ewlenija ta’ Ġerusalemm hija punt ta’ riferiment għal kull esperjenza Nisranija oħra. Jikteb Luqa fil-Ktieb tal-Atti: “U kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (2:42)… Kompli aqra »