L-Aħbarijiet

Il-ġebla mwarrba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Huma riedu kieku jaqbduh taħt idejhom” (Mk 12:12). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Mark fuq ir-reazzjoni tal-qassisin, tal-kittieba u tax-xjuħ tal-poplu għal din il-parabbola li jgħid Ġesù. Hawnhekk Ġesù jgħid parabbola li tfisser, fi ftit kliem, l-Istorja tas-Salvazzjoni – kif Alla bagħat lill-poplu tiegħu diversi nies, il-profeti, imma ħafna minnhom kienu rifjutati mill-poplu. Imbagħad, jgħid Ġesù meta jitkellem fuq is-sid tal-għalqa, fl-aħħar bagħat lil ibnu, imma lil ibnu qatluh u xeħtuh “barra mill-għalqa” (Mk 12:8)… Kompli aqra »

Avviż

Il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju 2024, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana ser tkun magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ it-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 2024. Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ħajtu kollha Ġesù għamilha don

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Fl-Italja u f’pajjiżi oħra, illum qed issir iċ-ċelebrazzjoni tas-Solennità ta’ Corpus Domini. L-Evanġelju tal-liturġija jirrakkonta l-Aħħar Ikla (Mk 14,12-26), li fiha l-Mulej jagħmel ġest ta’ għotja: infatti, fil-qsim tal-ħobż u fil-kalċi li joffri lid-dixxipli, hemm Hu nnifsu li qed jingħata għall-umanità kollha u qed joffri lilu nnifsu għall-ħajja tad-dinja.

F’dak il-ġest ta’ Ġesù li jaqsam il-ħobż, hemm aspett importanti li l-Evanġelju jispjegah bil-kliem “newwilhulhom” (v… Kompli aqra »

L-Iskejjel tal-Knisja jawguraw li jiġi konkluż il-ftehim tal-edukaturi

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika u l‑Assoċjazzjoni għall‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) jappellaw sabiex tinstab soluzzjoni bejn il-partijiet kollha involuti, jiġu konklużi n‑negozjati u b’hekk jiġi ffirmat il‑ftehim kollettiv il‑ġdid għall‑edukaturi fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja. Dan wara li fil-jiem li għaddew saru kummenti fil-pubbliku u anke dehru rapporti fil-media li jistgħu jxekklu il-proċess.

Is‑Segretarjat u s‑CSA qed isegwu mill‑qrib l‑iżviluppi fin‑negozjati bejn il‑Gvern u l‑Malta Union of Teachers (MUT) u jirringrazzjawhom tal-isforzi u l-impenn tagħhom… Kompli aqra »

L-Ewkaristija timpenjana favur il-foqra

Artiklu mill-Isqof Joseph Galea-Curmi

“The Eucharist commits us to the poor. To receive in truth the Body and Blood of Christ given up for us, we must recognise Christ in the poorest, his brethren” (CCC 1397)”. This paragraph from the Catechism of the Catholic Church gives us an important message today, the Solemnity of Corpus Christi. The Eucharistic celebration is an encounter with the Risen Christ who gives us the strength to go out of ourselves and to open ourselves to others with love… Kompli aqra »

Ċerimonja tal-Magħżulin f’Korçë (Albanija)

Għall-ewwel darba fil-Qasam ta’ Korçë, fil-11 ta’ Mejju 2024, saret iċ-Ċerimonja tal-Magħżulin lil tliet adoloxxenti: Mikel Ushini, Elio Mehmeti u Xhonatan Agushi. Din l-okkażjoni qanqlet ħafna entużjazmu u interess fost iż-żgħażagħ tal-parroċċa.

Minbarra li ilhom jattendu b’interess għal-laqgħat li jsir fil-Qasam, Mikel, Elio u Xhonatan jieħdu bis-serjetà l-ħajja Nisranija tagħhom. Huma huma sinjal ta’ ħajja u tama għall-futur tas-Soċjetà fl-Albanija.

Iċ-ċerimonja saret fil-kappella tal-Qasam u għalija kienu mistiedna t-tfal, il-membri tal-Grupp San Gorg Preca, kif ukoll il-Kappillan u l-Viċi tal-Parroċċa… Kompli aqra »

L-intenzjoni tat-talb tal-Papa għal Ġunju: ‘Għal dawk li qed jaħarbu minn pajjiżhom’

Pope Francis’ monthly prayer intention this June is for “those fleeing their own countries.”

The Pope invited the Church to pray for this intention in this month’s The Pope Video, released on Tuesday. The prayer intention is entrusted to the entire Catholic Church through the Pope’s Worldwide Prayer Network during the month in which the United Nations commemorates World Refugee Day on 20 June… Kompli aqra »

Se jiġu rrestawrati l-koppla u s-saqaf tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq

Il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Assunta f’Ħal Għaxaq se jkollha l-koppla u s-saqaf tagħha rrestawrati.

Permezz ta’ għajnuna finanzjarja li se tingħata lil din il-parroċċa, li tammonta għal €120,000, se jsiru numru ta’ xogħlijiet fosthom ir-restawr tal-aperturi tal-injam, il-waterproofing tal-koppla nfusha u l-fanal, kif ukoll il-konservazzjoni tal-ġebel innifsu. Il-bażi tal-kisi eżistenti tas-saqaf se jkun wkoll għaddej minn xogħol ta’ tiswija.

Il-finanzjament għar-restawr tal-knisja ta’ Ħal Għaxaq sar possibbli bis-saħħa ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u Komunità Malta… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Ġunju 2024

Matul ix-xahar ta’ Ġunju, l-Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il-quddiesa kuljum fid-9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit-Tnejn sas-Sibt tixxandar it-talba tar-rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l-istazzjon tar-radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-ġranet:

Is-Sibt 1 ta’ Ġunju, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Brian Gialanzè bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ… Kompli aqra »

Festa ta’ ħajja u mħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!” (Lq 1:42) F’din is-sentenza,
f’dawn il-ftit kelmiet ta’ Eliżabetta, għandna t-tifsira tal-festa li qed niċċelebraw illum taż-
Żjara ta’ Marija lil Eliżabetta. Kienet Marija li marret iżżur lill-kuġina tagħha hekk kif
irċeviet l-aħbar mingħand l-anġlu. U meta tidħol id-dar, jgħidilna l-Evanġelju skont San
Luqa, Eliżabetta “mtliet bl-Ispirtu s-Santu” (Lq 1:41), u tinfexx f’għajta kbira u tgħid:
“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!”

Fil-fatt, hawnhekk f’din il-ġrajja, għandna żewġ ommijiet li t-tnejn li huma għandhom tarbija fil-ġuf… Kompli aqra »