L-Aħbarijiet

Direttivi dwar il-Quddiesa tal-Funeral

Miżuri li jħarsu s-saħħa ta' kull persuna

Wara l-laqgħa bejn l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex u l-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Knisja b’konsultazzjoni mal-istess awtoritajiet qed tippubblika direttivi dwar il-Quddiesa tal-funeral li jidħlu fis-seħħ mil-lum, il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju. Dawn id-direttivi jistabbilixxu l-miżuri li qed jittieħdu bil-għan li titħares is-saħħa tal-persuni li jattendu għall-Quddiesa u fl-istess waqt tingħata tislima xierqa lill-għeżież tagħna.

Il-Quddiesa tal-funeral ser tkun tista’ ssir fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes kbar biss b’numru limitat ta’ nies… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali: Il-misteru tal-ħolqien iressaqna għat-talb

  Bibljoteka tal-Palazz Appostoliku, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq it-talb, billi nimmeditaw il-misteru tal-Ħolqien. Il-ħajja, is-sempliċi fatt li neżistu, tiftaħ il-qalb tal-bniedem għat-talb.

L-ewwel paġna tal-Bibbja tixbah lil innu kbir ta’ ringrazzjament. Ir-rakkont tal-Ħolqien għandu ritmi ta’ ritornelli, fejn kontinwament naqraw imtennija t-tjieba u l-ġmiel ta’ kull ħaġa li teżisti. Alla, bil-kelma tiegħu, isejjaħ għall-ħajja, u kull ħaġa tibda teżisti… Kompli aqra »

Sejħa għall-protezzjoni tal-ispazji miftuħa

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Hekk kif is‑soċjetà Maltija jidher li riesqa lejn it‑tmiem tal‑partial lockdown, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tirrifletti fuq l‑importanza tal‑aċċess liberu għall‑ispazji miftuħa għal kulħadd. Dan qed isir fil‑ġimgħa fejn qed niċċelebraw il‑ħames anniversarju mill‑publikazzjoni tal‑enċiklika Laudato si’ tal-Papa Franġisku, “fuq il‑kura tad‑Dar Komuni Tagħna”.

L‑importanza tal-aċċess tal‑ispazji miftuħa, speċjalment fil‑kuntest ta’ żoni li huma densament popolati jissemma f’din l‑enċiklika… Kompli aqra »

Filmat: L-eżitu tal-laqgħa bejn l-Isqfijiet u l-Awtoritajiet tas-Saħħa dwar il-Quddies

Laqgħa tal-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex mal-Ministru Chris Fearne u Prof. Charmaine Gauci

  Il-Ministeru tas-Saħħa, il-Belt Valletta

Illum 18 ta’ Mejju, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ltaqgħu mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci dwar il-Quddies fil-knejjes.

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-laqgħa li kellna mal-Ministru tas-Saħħa u mas-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci kienet laqgħa pożittiva ħafna. Huwa proċess ta’ djalogu li beda f’Marzu u jkompli. Din id-darba aħna l-Isqfijiet iddiskutejna l-possibilità li fil-funerali tkun tista’ ssir il-quddiesa tal-funeral f’ambjent preferibbilment miftuħ… Kompli aqra »

Nifs ġdid wara l-COVID-19?

Stqarrija mill-Kummissjoni Ambjent

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tħoss li, issa li pajjiżna qed jistenna bil-ħerqa li joħroġ mill-kriżi tal-COVID-19, u li bil-mod il-mod jerġa’ lura għan-normalità, inkunu boloh jekk nerġgħu mmorru għal dak li konna mdorrijin fih qabel, bħallikieku qatt ma kien xejn – bħallikieku ma tgħallimna xejn minn din l-esperjenza. Il-KA temmen li jeħtieġ nsaħħu d-dixxiplina fuqna nfusna li wrejna waqt l-imxija, biex ilkoll kemm aħna nkunu nifilħu nibqgħu fuq saqajna f’każ li jkollna ngħaddu minn esperjenza simili fil-ġejjieni. 

Il-kriżi tal-COVID-19 ġabitna f’sensina dwar kemm aħna vulnerabbli, u dwar x’inhu dak li tassew għandu valur fil-ħajja… Kompli aqra »

Il-ġimgħa Laudato Sì: Il-Papa jappella għall-ħarsien tal-ħolqien

Preparing to celebrate “Laudato Sì” Week Pope Francis underscores the importance of caring for our Common Home in this time marked by the Covid-19 Pandemic.

Addressing the faithful after the recitation of the Regina Caeli prayer on Sunday, Pope Francis reminded them that we are entering the “Laudato Sì” Week that unfolds until next Sunday and that marks the 5th anniversary of the publication of the Encyclical… Kompli aqra »

San Ġwanni Pawlu II: raġel ta’ ġabra u ġustizzja – Il-Papa Franġisku

Celebrating Mass on the 100th anniversary of the birth of Karol Wojtyla, the future St John Paul II, Pope Francis described his predecessor as a man of prayer, closeness, and justice.

Pope Francis celebrated the 100th anniversary of the birth of St John Paul II by offering Holy Mass at the altar where the Polish Pope is buried in St Peter’s Basilica.

Joined by a very limited number of the faithful, the liturgy on Monday morning was the first Mass open to the public after almost two months of restrictions due to the coronavirus pandemic… Kompli aqra »