L-Aħbarijiet

Filmat: Is-saċerdoti jiddiskutu kif ikomplu jkunu strument ta’ tama u rikonċiljazzjoni fis-soċjetà tal-lum

Aġġornament tal-Kleru 2024

Il‑Knisja u s‑saċerdot kif jistgħu jkunu strument ta’ tama u fejqan fis‑soċjetà? Kif iħossu s‑saċerdot quddiem il‑ġrieħi tal‑persuni li jiltaqa’ magħhom? Is‑sagrament tar‑rikonċiljazzjoni x’futur għandu? Dawn huma ftit mill‑mistoqsijiet li saċerdoti djoċesani u reliġjużi ddiskutew fil‑jiem li għaddew waqt il‑laqgħa annwali tal‑Aġġornament għall‑Kleru bi tħejjija għall‑Ġublew tat‑Tama li se jsir is‑sena d‑dieħla.

Għal dawn il‑jiem ġie mistieden Prof. Johan de Tavernier, professur tat‑Teoloġija Etika, li stieden lis‑saċerdoti jirriflettu fuq kif il‑Knisja u s‑saċerdoti jistgħu jkunu effettivi fid‑dinja tal‑lum u x’inhuma l‑kwalitajiet li jistgħu jibnu fuqhom biex ikunu pellegrini tat‑tama u ministri ta’ rikonċiljazzjoni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa
ma’ Ġesù t-tama tagħna. 1. L-Ispirtu ta’ Alla kien jittajjar fuq wiċċ l-ibħra

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, b’din il-katekeżi qed nibdew ċiklu ta’ riflessjonijiet li għandu bħala tema: “L-Ispirtu u l-Għarusa – l-Għarusa hija l-Knisja – L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna”… Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi quddiesa u purċissjoni fil-festa ta’ Corpus Christi

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace Aktar ritratti fuq knisja.mt/ritratti

Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta tiċċelebra s‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi). L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta fid‑9:30am u kulħadd huwa mistieden jattendi. Iċ-ċelebrazzjoni se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.

Fi tmiem il‑quddiesa, l‑Arċisqof se jmexxi purċissjoni tradizzjonali bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Belt Valletta… Kompli aqra »

“Hemm post għal kulħadd fil-Knisja” – Il-Papa Franġisku

  Il-Vatikan

Ritratt: Vatican Media

“Il-Papa qatt ma kellu l-intenzjoni li joffendi jew jesprimi lilu nnifsu f’termini omofobiċi, u jitlob apoloġija lil dawk li ħassewhom imweġġgħin mill-użu ta’ terminu, kif irrapportat minn oħrajn.”

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, għamel din l-istqarrija nhar it-Tlieta bi tweġiba għall-mistoqsijiet minn ġurnalisti dwar l-użu ta’ terminu dwar l-ammissjoni ta’ persuni omosesswali fis-seminarju.

“Il-Papa Franġisku hu konxju mill-artikli riċenti dwar konverżazzjoni privata li kellu mal-isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana… Kompli aqra »

Ir-Redentur tal-Isla se joħroġ fis-7 ta’ Ġunju

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Din is-sena, il-festa ta’ Ġesù Redentur ġewwa l-Bażilika tal-Isla se ssir nhar is-7 ta’ Ġunju. Dan minħabba l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew, li se jsiru l-għada.

Il-festa tibda permezz ta’ tlett ijiem ta’ Tridu li jibdew nhar l-4 ta’ Ġunju sas-6 ta’ Ġunju fis-6pm fil-Bażilika tal-Isla. Din is-sena, il-Kanonku Dr Nicholas Doublet, li hu l-arkivista tad-Djoċesi u lettur tal-Istorja tal-Knisja fi ħdan l-Università ta’ Malta, se jiftaħ dan it-Tridu… Kompli aqra »

Tfal Maltin jieħdu sehem fl-ewwel Jum Dinji tat-Tfal f’Ruma

Grupp ta’ 20 tifel u tifla, membri tal‑Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT), illum ħallew Malta għal Ruma fl-Italja, sabiex jieħdu sehem fl‑ewwel Jum Dinji tat‑Tfal li se jiġi ċċelebrat nhar il‑Ħadd li ġej 26 ta’ Mejju 2024, fuq xewqa tal-Papa Franġisku.

Hu stmat li 70,000 tifel u tifla mid-dinja kollha li għandhom bejn is-6 u t-12-il sena, se jieħdu sehem fl‑attivitajiet organizzati mid‑Dikasteru għall‑Kultura u l‑Edukazzjoni tas‑Santa Sede… Kompli aqra »

7 knejjes madwar Malta se jsirilhom xogħol ta’ restawr

Oġġetti ta’ wirt kulturali differenti f’seba’ knejjes madwar Malta se jkunu qed jiġu rrestawrati permezz ta’ skema tal-Gvern.

Din l-iskema qed titmexxa mill-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u kienet miftuħa għall-organizzazzjonijiet kulturali u organizzazzjonijiet volontarji.

L-oġġetti ta’ ċertu wirt jinkludi proprjetà kulturali immobbli interna u esterna, bħal altari, dekor arkitettoniku, xogħlijiet tal-arti, dekorazzjonijiet u elementi oħra.

Is-seba’ proġetti li se jibbenefikaw minn din l-iskema huma:

  • Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, San Ġiljan – Introibo ad Altare Dei: Restawr u Konservazzjoni tal-Artali fil-Knisja l-Qadima tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan
  • Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta – Restawr tal-Artal tal-Kappella ta’ Sant’Anna: Knisja tal-Ġiżwiti, Valletta
  • Soċjetà Storiko Kulturali Vittoriosa – Konservazzjoni u Restawr tal-pittura tal-Artal tal-Assunzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija
  • Fondazzjoni Patrimonju Siġġiewi – Restawr tal-pittura tal-Madonna Immakulata
  • Soċjetà Dun Filippu Borgia – Restawr tal-arloġġ fil-Knisja ta’ San Pawl, Birkirkara
  • Għaqda Mużikali Sant’Andrija, Luqa – Restawr tal-bibien li jinsabu fil-faċċata tal-Knisja
  • Fondazzjoni Wirt Kulturali Vittoriosa: Restawr tal-Bradella tal-Istatwa ta’ San Lawrenz

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar ukoll it-tnedija ta’ skema ġdida, l-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr – Artefatti Mobbli amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali… Kompli aqra »