L-Aħbarijiet

Quddies għall-koppji miżżewġa u għarajjes

L-Arċisqof Chares J. Scicluna qed jistieden għal ċelebrazzjoni tal‑Quddiesa lill‑koppji li żżewġu fl‑2019 u lill‑koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul l‑2020.

Il‑Quddiesa għall‑għarajjes li ser jiżżewġu din is‑sena ser issir ghada s‑Sibt, 4 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m.

Il‑Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ is-sena li għaddiet ser issir is‑Sibt, 11 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m… Kompli aqra »

GRAZZI mid-Dar tal-Providenza għall-Festa ta’ Ġenerożità

Somma rekord ta’ €1,365,556 inġabret waqt il-Festa ta’ Ġenerożità organizzata mid-Dar tal-Providenza fl-ewwel tas-sena l-ġdida. Bosta kienu dawk li marru s-Siġġiewi biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ imma ħafna kienu wkoll dawk li ċemplu biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali li mbagħad ingħataw lid-Dar f’isem il-komunità parrokkjali.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar… Kompli aqra »

Nibnu soċjetà fuq il-prinċipji li għallimna Ġesù: il-prinċipji tas-sewwa, tas-solidarjetà u tal-ħniena – L-Arċisqof

Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi Tmiem is-Sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Iżrael u jiena nberikhom” (Num 6:27). Il-barka li Mosè jitlob flimkien ma’ Aron u permezz ta’ Aron fuq ulied Iżrael, tuża wkoll din l-espressjoni: “Isejħu isem Alla fuq ulied Iżrael u Alla jberikhom”.

Xi tfisser li inti ssejjaħ isem Alla fuq uliedek? Tfisser li tirrikonoxxi l-primat ta’ Alla fuqek u fuq uliedek u tifhem ukoll li dak li se jmexxik huwa minn Alla u skont ir-rieda tiegħu… Kompli aqra »

Il-paċi bħala vjaġġ ta’ tama: djalogu, rikonċiljazzjoni u konverżjoni ekoloġika

Messaġġ mill-Papa Franġisku għaċ-ċelebrazzjoni tal-53 Jum Dinji tal-Paċi

Messaġġ mill-Papa Franġisku

1. Peace, a journey of hope in the face of obstacles and trial

Peace is a great and precious value, the object of our hope and the aspiration of the entire human family. As a human attitude, our hope for peace is marked by an existential tension that makes it possible for the present, with all its difficulties, to be “lived and accepted if it leads towards a goal, if we can be sure of this goal, and if this goal is great enough to justify the effort of the journey”. Hope is thus the virtue that inspires us and keeps us moving forward, even when obstacles seem insurmountable… Kompli aqra »

Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar il-mewt tal-Kardinal Prospero Grech OSA

L-Emminenza Tieghu l-Kardinal Prospero Grech OSA

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex isellmu l-memorja tal-Kardinal Prospero Grech – reliġjuż
għaref u dħuli, b’sens kbir ta’ umoriżmu u ta’ umanità.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi
jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tal-Kardinal Prospero u lill-familja reliġjuża
Agostinjana kollha, filwaqt li jħeġġu lill-Insara kollha joffru talb ta’ suffraġju għal ruħu… Kompli aqra »

Ir-raba’ volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Id-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ġew ippublikati fil-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il-ktieb li jinsab fir-raba’ edizzjoni tiegħu jiġbor l-omeliji, l-artikli u l-messaġġi ta’ Mons. Scicluna fl-2018, ir-raba’ sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof ippreżenta kopja ta’ dan il-ktieb lill-President George Vella u lill-awtoritajiet tal-Istat waqt l-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

Il-ktieb juri li fl-2018 iż-żgħażagħ kienu protagonisti ewlenin fil-Knisja… Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza fl-1 ta’ Jannar

Waqt Festa ta’ Ġenerożità 2019

Id-Dar tal-Providenza se ttella’ l-24 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ta’ kull sena ssir fl-1 ta’ Jannar biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha kif ukoll issaħħaħha.

Il-Festa ta’ Ġenerożità tibda fid-9am b’quddiesa ċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar. Wara jittella’ spettaklu ta’ varjetà kif ukoll isiru intervisti ma’ għadd ta’ personalitajiet li jżuru d-Dar, li jibqa’ sejjer sa nofsillejl… Kompli aqra »