L-Aħbarijiet

L-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida

Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il-Milied.

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied, fil-5:00 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u fil-5:30 p.m., jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili.

Dakinhar stess, fil-10:45 p.m. jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir ukoll il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: ma naljenawx ruħna, inżommu post għall-ferħ ta’ Ġesù

Pope Francis during the Angelus

On the third Sunday of Advent, Pope Francis invites the faithful not to be distracted by external things, but to make room for Jesus who wants “to give us his joy”.

Before the recitation of the Marian Prayer, Pope Francis said the liturgy on this third Sunday of Advent invites us to be joyful, but to be aware “that existence also includes moments of doubt”… Kompli aqra »

Ktieb ġdid dwar Yves Congar mid-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija

On 26 November 2019, the Faculty of Theology launched the recent publication of Rev. Dr John Berry, Dean of the Faculty, titled Yves Congar’s Vision of Faith

Held under the patronage of H.E. Brigitte Curmi, French Ambassador to Malta, at the French Residence in Zebbug, the book launch was addressed by Prof. Dominic Fenech, Dean of the Faculty of Arts; Rev. Dr Carmel Tabone, O.P., senior lecturer at the Faculty of Economics, Management and Accountancy; and Rev… Kompli aqra »

Live: Quddiesa għall‑familji fil-festa tas-Sagra Familja

  Il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta

Is-Sibt 14 ta’ Diċembru, festa tas-Sagra Familja, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall‑familji, organizzata mill‑GRUFAN fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fil-5:30pm. Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: 50 sena ta’ saċerdozju jservi lil Alla u lil niesu

December 13th marks the 50th anniversary of Pope Francis’ ordination to the priesthood. Vatican News celebrates this milestone recalling some of Pope’s reflections regarding priests and the priesthood.

Just four days before his 33rd birthday, on 13 December 1969, Jorge Mario Bergoglio was ordained a priest. His vocation dates back to 21 September 1953, the Feast of St Matthew, the tax collector converted by Jesus: it was during a confession that day, that the future Pope had a profound experience of God’s mercy… Kompli aqra »

Membri tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice jiltaqgħu mal-Isqfijiet

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru, il-President tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, Dr Anna Maria Tarantola, flimkien mas-Segretarju Dr Eutimio Tiliacos għamlu żjara lill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Dr Tarantola ġiet eletta President ta’ din il-Fondazzjoni s-sena li għaddiet, u qed iżżur lid-diversi sezzjonijiet għal żjarat ta’ familjarizzazzjoni.

Dr Tarantola hija personalità magħrufa hafna fl-Italja. Fost l-oħrajn, kienet Viċi Direttur Ġenerali tal-Banca d’Italia u għal tliet snin President tar-RAI… Kompli aqra »

70 sena ta’ ħidma dedikata lill-emigranti Maltin u l-barranin li jfittxu l-ażil f’Malta

Imnedija l-bijografija ta' Mons. Philip Calleja

  Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta

Mons. Philip Calleja ppreżentat kopja tal-bijografija tiegħu minn Joe Mizzi ta’ Midsea Books

Nhar l-4 ta’ Diċembru tnieda l-ktieb Philip Calleja – Għex għall-bniedem maqlugħ minn għeruqu, mill-Kummissjoni Emigranti u Midsea Books, dwar is-70 sena ta’ ħidma li Mons. Calleja ddedika għall-emigranti Maltin u l-familji tagħhom, għall-barranin li jfittxu l-ażil f’Malta, u għall-Knisja f’Malta.

Il-bijografija ta’ 500 paġna nkitbet minn Charles Buttigieg li għal bosta snin ħadem mill-qrib ma’ Mons… Kompli aqra »

Restawrati 14-il pittura fil-Bażilika tal-Mosta

  Il-Bażilika Minuri ta' Maria Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi waqt id-diskors tiegħu

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr fuq 14-il pittura fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, b’investiment ta’ €82,000 b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Fost il-pitturi restawrati hemm erbgħa li jmorru lura għas-seklu 17 kif ukoll seba’ pitturi ta’ Giuseppe Calì u erbgħa ta’ Stefano Erardi.

Il-proġett ġie inawgurat il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia… Kompli aqra »

“Norbtu qalbna ma’ dak li jibqa’ għal dejjem” – L-Isqof Awżiljarju

L-investitura tal-kanonċi l-ġodda waqt it-twaqqif tal-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ

  Il-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jien u nara l-Antifona sabiħa tat-Titular tal-Kolleġġjata, li se nisimgħuha aktar ‘il quddiem, laqatni ħafna dan il-vers fuq San Ġorġ: “il-foħrija u l-unuri ta’ din id-dinja kien dejjem jistmerrhom.” U ftakart f’dak li hemm fil-ktieb ta’ Koħelet, meta jitkellem fuq il-“frugħa tal-frugħat” fid-dinja.

Laqatni għax għal mument, ħsibt: imma dan mhux qisu l-kontra ta’ dak li qed niċċelebraw illum? … Kompli aqra »

Fond għall-vittmi milquta mit-terremot fl-Albanija

L-Arċisqof George Frendo O.P. waqt iż-żjara lill-vittmi tat-terremot fl-Arċidjoċesi tiegħu ta’ Tirana-Durrës

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex qed jappellaw għal donazzonijiet b’risq il-vittmi tat-terremot li seħħ fl-Albanija. Aktar minn 50 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li mal-4,000 ruħ spiċċaw bla dar u hemm urġenza kbira għall-għajnuna.

Fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, Caritas Malta b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus… Kompli aqra »