L-Aħbarijiet

Tingħata bidu għall-Viżta Pastorali fl-Imsida

22 adolexxent mill-parroċċa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, l-Imsida

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru ngħatat bidu tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Imsida mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Dakinhar 22 adolexxent irċivew is-Sagrament tal-Griżma ta-Isqof u wara l-Isqof iltaqa’ ma’ dawk preżenti.

Messaġġ tal-okkażjoni mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi

Għeżież membri tal-parroċċa tal-Imsida, huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dawn il-jiem se niġi għall-Viżta Pastorali f’din il-parroċċa għażiża.

Il-parroċċa tagħkom, taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp, hija parroċċa li sentejn ilu ċċelebrat il-150 sena parroċċa… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Aħna msejħa biex inħejju għall-ħajja ta’ dejjem bl-għażliet tagħna

Before the recitation of the Marian prayer, Pope Francis focuses his attention on Sunday’s Gospel reading in which Jesus is provoked by a question by the Sadducees and in turn offers a wonderful teaching on the resurrection of the dead.

The Pope remarked that the Lord does not fall into the trap set by the Sadducees who ask him when a woman dies who has been married to 7 brothers, one after the another, whose wife will she be? … Kompli aqra »

90 sena tal-Azzjoni Kattolika

L-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija

  L-Istitut Kattoliku, il-Furjana

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru ġiet organizzata l-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija. Din is-sena kienet waħda speċjali għall-membri tal-għaqda għax kienet attività parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-90 Anniversarju. L-Assemblea Ġenerali bdiet billi disa’ persuni li kellhom bejn l-10 u d-90 sena, qasmu l-esperjenzi tagħhom fl-Azzjoni Kattolika, tul dawn id-90 sena li ilha mwaqqfa f’Malta.

Josef DeBono, il-President Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija tenna li dawn l-aħħar 90 sena mhux biss jirrakkontaw storja iżda juru wkoll ħeġġa għal dak li ġej, għax huwa iktar importanti minn dak li diġà għadda… Kompli aqra »

Nieħdu n-nifs minn żewġ pulmuni – it-30 anniversarju mill-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin

Stqarrija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u 26 rappreżentant ieħor mill-European Episcopal Conferences (COMECE)

The fall of the Berlin Wall on the 9th of November 1989 was one of the most important events in European history in the last decades. It was a moment full of emotion. After having been separated by a concrete wall for more than 28 years, people – relatives, friends and neighbours – living in the same city were able to meet each other, to celebrate and to express their joy and hopes… Kompli aqra »

L-importanza ta’ ppjanar tajjeb tal-bini f’Malta – Il-Kummissjoni Ambjent

Stqarrija fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar Urban 2019

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ħarġet stqarrija fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar Urban 2019, biex tfakkar l-importanza ta’ ppjanar tajjeb f’Malta, li hu wieħed mill-iktar pajjiżi b’popolazzjoni densa fid-dinja.

Il-KA tqajjem ħames punti fosthom li hemm min qed jibbenefika mid-dewmien tar-reviżjoni tal-Gwida dwar il-Politika Rurali u d-Disinn 2014, politika li tfasslet minn persuni li mhumiex esperti fl-ippjanar u li r-reviżjoni tagħha qed issir minn bord magħmul minn persuni li wkoll mhumiex esperti fl-ippjanar… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ ekoloġija mtellgħa mill-Fakultà tat-Teoloġija u l-Istitut Karmelitan f’Malta

The Faculty of Theology, in collaboration with the Carmelite Institute Malta, is holding Ecology Week between 13 and 17 December 2019. The guest scholar for this event is Rev. Dr Eduardo Agosta Scarel, an Argentinian Carmelite who holds a doctorate in Climate Science and lectures at the Pontifical Catholic University of Argentina in Buenos Aires. 

On Saturday 14 December 2019, Dr Agosta Scarel will lead a day-seminar at the Carmelite Institute, Mdina, entitled ‘One with Nature, One with God: A Christian Ecological Spirituality‘. He will offer elements for a spirituality of ecology based on categories of interpretation of the reality of the current ecological, socio-environmental crisis described in the encyclical Laudato Si’ of Pope Francis… Kompli aqra »

Proġett ieħor tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent favur Ekoloġija Integrali

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, il-Patrijiet tal-Ordni tal-Franġiskani Minuri u ċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali u r-Riċerka tal-Università ta’ Malta għal darb’oħra ngħaqdu flimkien biex organizzaw kors ieħor ispirat mill-Enċiklika Laudato Si’ tal-Papa Franġisku.

Il-ħsieb wara l-kors ‘Mimicking Natural Ecosystems – Growing Food Sustainably’ kien li jservi ta’ għodda oħra biex wieħed jiskopri kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ proċessi sempliċi u antiki bħal ma hi l-agrikultura… Kompli aqra »

Il-Papa u l-missjoni: “Mingħajr Ġesù ma nistgħu nagħmlu xejn”

At the end of the Extraordinary Missionary Month, we are providing a few extracts from the book-length interview of Gianni Valente from Fides News Agency with Pope Francis, in which the Pope emphasizes that “Either the Church evangelizes or she is not Church”. The book, published by Libreria Edictrice Vaticana and Edizioni San Paolo will be available in bookstores as of November 5th.

“The joy of the Gospel fills the hearts and lives of all who encounter Jesus”… Kompli aqra »

Filmat: It-tnedija tal-ktieb tal-Arċisqof ‘Religion and the 1921 Malta Constitution, Genesis and Implications’

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna nieda ktieb ġdid bl-isem ‘Religion and the 1921 Malta Constitution, Genesis and Implications’.

F’dan il-ktieb, l-Arċisqof jistħarreġ l-oriġini u d-diskussjoni li saret fil-bidu tas-seklu 20 biex ir-reliġjon Kattolika tiddaħħal fil-liġijiet Maltin. Fil-ktieb hemm dokumentat id-diskussjoni li saret, ir-rapporti li tħejjew u l-personalitajiet li b’xi mod jew ieħor kienu involuti fl-ewwel żewġ deċenji tas-seklu 20… Kompli aqra »