L-Aħbarijiet

115 sena mill-ftuħ tal-Mużew f’Ħal Tarxien

Bejn is-6 u t-13 ta’ Settembru 2024 ġie mfakkar il-115 -il anniversarju mill-ftuħ tal-Qasam f’Ħal Tarxien. Kien fis-6 ta’ Settembru 1909 meta nfetħet l-ewwel dar għat-tagħlim f’Ħal Tarxien mmexxija mill-SDC bi Spiridione Spiteri jkun l-ewwel superjur tal-lokal. Dan l-avveniment ġie mfakkar mat-tfal u l-adolexxenti kollha li jattendu fil-Qasam permezz ta’ filmat awdjo-viżiv li jirrakkonta l-istorja tal-ewwel mitt sena tal-Qasam u anke mal-ħbieb u l-benefatturi tal-MUSEUM permezz ta’ barbeque fil-bitħa tal-Qasam… Kompli aqra »

Dar Hosea tiċċelebra għaxar snin ta’ appoġġ għan-nisa u l-ġlieda kontra l-isfruttament

Dar Hosea din is-sena qed tfakkar l-għaxar sena mindu bdiet tgħin nisa vulnerabbli li ġew sfruttati fil-prostituzzjoni.  Bil-ħsieb ta’ Dr Anna Maria Vella, flimkien ma’ persuni oħra li llum jiffurmaw il-Bord u s-Sorijiet tal-Karità, Dar Hosea infetħet biex tipprovdi appoġġ essenzjali billi tgħin lin-nisa jiksbu lura d-dinjità tagħhom u jibnu ħajjithom mill-ġdid.

Skont artiklu ppublikat minn Newsbook, Maria Borg Pellicano tat ftit rendikont ta’ kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tagħhom f’laqgħa li ġiet organizzata l-Erbgħa 11 ta’ Settembru għand is-Sorijiet tal-Karità… Kompli aqra »

“Kont ngħammed ħafna tfal fl-isptar” – Soru Dumnikana ta’ 100 sena

Għadha attiva fil-komunità u temmen li t-talb huwa kollox

Gabriel Lia u Miguela Xuereb għal Newsbook Malta

Iż-żmien sabiħ speċjalment meta mgħix għas-servizz tal-oħrajn.

Ħajjet is-Soru Dumnikana Melania Albani li riċentament għalqet 100 sena xhieda ta’ dan kollu.

Hi serviet l-Awstralja, għamlet 10 snin Ruma, ħadmet l-Ingilterra, telgħet tliet darbiet Lourdes u darba minnhom kienet qed tassisti lill-morda imma fost l-isbaħ memorji li għandha hu l-assistenza li offriet fit-twelid tal-ulied… Kompli aqra »

Id-Dar tal-Providenza tfakkar id-59 sena mit-twaqqif tagħha

Dar Tal-Providenza Drone

Il‑Ħamis 12 ta’ Settembru 2024, id‑Dar tal‑Providenza tfakkar id‑59 anniversarju tagħha. 59 sena ilu, Dun Mikiel Azzopardi, b’Lm100 f’idejh mogħtija minn mara li kienet faddlithom biex tmur fuq btala, ta bidu għad‑Dar tal‑Providenza,  l‑ewwel Dar f’Malta li bdiet toffri servizzi residenzjali lil persuni b’diżabilità. Sal-lum id‑Dar tal‑Providenza għada miraklu ħaj tal‑Providenza Divina.

Illum, 59 sena wara, id‑Dar tal‑Providenza, bl‑appoġġ sħiħ tal‑poplu Malti u Għawdxi, b’għajnuna tal‑ħafna volontiera u b’appoġġ finanzjarju, minbarra fis‑Siġġiewi, għandha erbat idjar oħra fil‑komunitajiet tas‑Siġġiewi stess, Birkirkara, il‑Qawra u ż‑Żurrieq… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Quddiesa: L-Imħabba hi l-qofol tal-Vanġelu

  “Singapore Sports Hub” Stadium

“Knowledge puffs up, but love builds up” (1 Cor 8:1). Saint Paul addresses these words to the brothers and sisters of the Christian community at Corinth. In his letters to this community, which was rich in many charisms (cf. 1 Cor 1:4-5), the Apostle often recommends that it cultivate communion in charity.

Let us listen to those words of Paul as together we thank the Lord for the Church in Singapore, which is also rich in gifts, a Church that is vibrant, growing and engaged in constructive dialogue with the various other Confessions and Religions with which it shares this wonderful land… Kompli aqra »

Il-Papa f’Timor-Leste: it-tfal juruna l-importanza taċ-‘ċokon’

“A child has been born for us, a son given to us” (Is 9:6).

With these words, in the first reading, the prophet Isaiah addresses the inhabitants of Jerusalem. It was a prosperous time for that city, but sadly also characterized by great moral decadence.

We see much wealth there, but this affluence blinds the powerful, seducing them into thinking that they are self-sufficient, with no need for the Lord, and their conceit leads them to be selfish and unjust… Kompli aqra »

Żgħażagħ Ewropej f’Malta għal sessjoni ta’ taħriġ miż-ŻAK

Grupp ta’ żgħażagħ minn numru ta’ għaqdiet Kattoliċi madwar l-Ewropa ltaqgħu f’Malta biex jipparteċipaw f’kors ta’ taħriġ organizzat miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK).

Madwar 40 żagħżugħ u żagħżugħa minn ħames pajjiżi differenti attendew għal dan il-kors, liema żgħażagħ kienu ġejjin minn Malta, l-Italja, Spanja, l-Islovakkja u r-Rumanija. Il-parteċipanti kellhom iċ-ċans jirriflettu dwar l-irwol tagħhom bħala mexxejja fl-organizzazzjoni tagħhom u kien hemm ukoll diversi mumenti ta’ formazzjoni, spiritwalità u rikreazzjoni… Kompli aqra »

Caritas Malta tingħata l-President’s Award mill-Malta Employees Sports Association

Caritas Malta ngħatat il-President’s Award mill-Malta Employees Sports Association, waqt serata annwali ta’ Awards Night imtella’ minn MESA.

Dan l-award ifisser ħafna għal Caritas Malta fejn f’dawn l-aħħar snin qed tagħti spinta kbira fejn tidħol l-attività fiżika u l-isport; mhux biss bl-attività annwali ta’ Caritas Run For Life, imma wkoll tinkorraġġixxi li fi djar ta’ riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga, residenti jesperjenzaw dixxiplini sportivi differenti… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 4: Dun Victor Agius

Dun Victor Agius jirrakkonta ħafna mumenti sbieħ u oħrajn kemmxejn iktar diffiċli li sawru s-saċerdozju tiegħu. Minn tfajjel imrobbi Raħal Ġdid għal raġel b’esperjenzi missjunarji li ħaduh iċ-Ċina, il-Filippini, il-Kanada u ħafna pajjiżi oħra. Dan l-episodju ta’ Għaliex Iva?! hu dwar il-vjaġġ ta’ 50 sena ta’ Dun Victor Agius bħala saċerdot.

Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »

27 sena mill-mewt ta’ Mother Tereża ta’ Kalkutta

Bħal-lum 27 sena ilu, fil-5 ta’ Settembru tal-1997, kienet mietet Mother Tereża ta’ Kalkutta. Hija kellha 87 sena. Isimha proprju kien Anjezë (Inez) Gonxhe Bojaxhiu u fl-1931, hekk kif ħadet l-ewwel voti tagħha, sar jisimha Suor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù.

F’Settembru tal-1946 Suor Tereża saritilha t-tieni sejħa u flok baqgħet għalliema spiċċat biex ħalliet kollox u minflok tiddedika ruħha mal-ifqar fost il-fqar.

Fl-1979 Mother Tereza ingħatat il-Premju Nobel tal-Paċi… Kompli aqra »