Kunċert mill-Kor Jubilate Deo f’għeluq il-50 sena tiegħu
13/05/2024Il‑Kor Jubilate Deo
Il‑Kor Jubilate Deo, li huwa l‑kor tal‑Katidral tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, se jagħti kunċert f’għeluq il-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, nhar l-Erbgħa li ġej 15 ta’ Mejju fil-Knisja tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien.
Il-kunċert bl-isem ta’ ‘Faħħruh’ se jkun talb bil-mużika ta’ Taizé u kant Gregorjan. Id-direzzjoni mużikali se tkun f’idejn il-Maestro di Cappella Christopher Muscat, id-direttur tal-kor u d-Direttur Mużikali tal-Arċidjoċesi.
Flimkien mal-kor se jieħdu sehem il-Cappella Gregoriana Jubilate Deo, il-Pueri Cantores Jubilate Deo, kif ukoll il-Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li huwa kor magħmul minn koristi mill-parroċċi kollha… Kompli aqra »