Il-parir tal-Arċisqof: Ma nabbandunaw qatt l-imħabba!
Omelija fis-sitt Ħadd tal-Għid
05/05/2024 Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kapuċċini, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann, fis-sitt Ħadd tal-Għid, nisimgħu espressjoni sabiħa: “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” (Ġw15:9). Kemm hi stedina sabiħa din li għamel Ġesù.
L-ewwel nett jassikura li l-inizjattiva ġejja minnu, u dil-ħaġa hemm bżonn niftakruha. Wara kollox qed niċċelebraw staġun ta’ ferħ, li jitwieled fil-ġimgħa l-Kbira u fl-Għid il-Kbir. “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jiena” (Ġw15:9).
Ġesù qed jgħidilna ċar u tond li jekk hemm xi kelma fil-Vanġelu li hemm bżonn niftakruha hija din il-kelma: “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jien” (Ġw15:9) … Kompli aqra »