L-Aħbarijiet

Viżjoni Nisranija għall-Parlament Ewropew

  • Bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi se torganizza laqgħa ta’ djalogu dwar dokument li l-kummissjoni ħarġet bi proposti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-iskop tal-laqgħa huwa li flimkien niddiskutu dawn il-proposti, filwaqt li nkomplu nippromwovu spirtu ta’ djalogu politiku san bi preparazzjoni għal dan l-appuntament politiku. 

    Għal din il-laqgħa se jkun hemm rappreżentanti tal-erba’ partiti ewlenin, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ movimenti u għaqdiet reliġjużi, u mexxejja oħra fi ħdan il-Knisja.  

    Il-laqgħa ser issir it-Tlieta, 23 ta’ April 2019, f’Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera, fis-18:30. 

    Għar-reġistrazzjoni tista’ tibgħat imejl fuq [email protected]

     

  • Kompli aqra »

L-attakki f’Ħadd il-Għid fi Sri Lanka joqtlu tal-anqas 100 persuna

  • At least 100 people were killed in explosions Easter morning, detonated in churches and hotels across Sri Lanka. Hundreds more are reportedly injured.

    At 8:45 a.m., explosions were detonated during Easter Mass at churches in the Sri Lankan capital, Colombo, and in Negombo, a city 20 miles to its north. At the same time, a bomb exploded at a service at the evangelical Zion Church in Batticaolo, on Sri Lanka’s east coast…

  • Kompli aqra »

L-omelija sħiħa tal-Papa fil-Vġili tal-Għid

  • 1.       The women bring spices to the tomb, but they fear that their journey is in vain, since a large stone bars the entrance to the sepulchre. The journey of those women is also our own journey; it resembles the journey of salvation that we have made this evening.  At times, it seems that everything comes up against a stone: the beauty of creation against the tragedy of sin; liberation from slavery against infidelity to the covenant; the promises of the prophets against the listless indifference of the people.  So too, in the history of the Church and in our own personal history.  It seems that the steps we take never take us to the goal.  We can be tempted to think that dashed hope is the bleak law of life…

  • Kompli aqra »

Live: Il-Quddiesa tal-Għid il-Kbir

  • Il‑Ħadd, 21 ta’ April, Ħadd il‑Għid, fl-10:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof jagħti l‑Barka Appostolika bl‑Indulġenza Plenarja.

     

  •  

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jgħammed tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti

Illejla, waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lil tmien katekumeni, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l‑ħajja Nisranija.

It‑tmien adulti, li llejla b’dawn is‑sagramenti ser isiru wlied Alla u membri ġodda tal‑Knisja Kattolika, huma minn seba’ pajjiżi differenti: Malta, iċ‑Ċina, l‑Ungerija, Spanja, ir‑Repubblika Ċeka, ir‑Russja u t‑Turkija… Kompli aqra »

Live: Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  • Is‑Sibt, 20 ta’ April, Sibt il‑Għid, fit‑8:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Iċ‑ċelebrazzjoni tibda bit‑Tberik tan‑Nar ġdid fuq iz‑zuntier tal‑Konkatidral, u tkompli bil-liturġija tal‑Kelma, il‑liturġija tal‑Magħmudija, u l‑liturġija tal‑Ewkaristija.

    Matul din iċ-ċelebrazzjoni ser jiġu amministrati s-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lill-adulti.

     

  •  

  • Kompli aqra »

Live: L‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  • Il‑Ġimgħa, 19 ta’ April, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fit‑3:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Din il‑liturġija tinkludi r‑Rakkont tal‑Passjoni skont San Ġwann, l‑Adorazzjoni tas‑Salib u t‑Tqarbin.

     

  •  

  • Kompli aqra »

Il-ħasil tar-riġlejn mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

Kull mexxej għandu jiftakar f’dan il-ġest ta’ Ġesù – l-Arċisqof

http://bit.ly/2IeGNVQ

L-Arċisqof jaħsel ir-riġlejn

http://bit.ly/2GprQQ7

Din is‑sena f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jaħsel riġlejn 16‑il persuna li ħafna minnhom missew mas‑servizzi li Caritas Malta toffri lis‑soċjetà. Dawn jinkludu:

  • ġenituri ta’ wlied li għamlu programm ta’ rijabilitazzjoni mid‑droga fi ħdan Caritas,
  • romol u separati,
  • klijenti u voluntiera ta’ Caritas, u
  • koppji miżżewġa mill‑parroċċi tal‑Iklin u ta’ Santa Luċija li fihom saret Viżta Pastorali matul l‑aħħar xhur…
  • Kompli aqra »