Wirja tal-arti: Caritas Fest fil-Parlament ta’ Malta
27/04/2024L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest”, fil-Parlament ta’ Malta. Permezz tat-tpinġijiet tagħhom, it-tfal urew “kif huma jixtiequ jaraw lil Malta”, sabiex Malta tibqa’ awtentika, naturali u sabiħa.
Permezz ta din il wirja it-tfal urew ix-xewqa li pajjiżna jkun nadif u ma jitlifx il-pajsaġġ naturali, il-wirt storiku u d-drawwiet tradizzjonali Maltin.
It-tfal wasslu messaġġ wkoll dwar in-numru kbir ta’ vetturi li għandna fit-toroq tagħna, mill-konġestjoni tat-traffiku u mill-kwantità ta’ bini modern li nbena f’dawn l-aħħar snin li ma jpaxxix l-għajn u ma jmurx mal-karattru tad-djar tradizzjonali li nsibu fil-bliet u rħula Maltin… Kompli aqra »