L-Aħbarijiet

Kummissjoni Dottrinali ġdida fi ħdan il-Konferenza Episkopali Maltija

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf il‑Kummissjoni Dottrinali fi ħdan il‑Konferenza Episkopali Maltija, u ħatar lil Mons. Hector Scerri bħala president ta’ din il‑kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin.

    Il‑Kummissjoni Dottrinali ser tagħti l‑kontribut tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet marbuta mal‑fidi u l‑moralità Nisranija, u twassal ir‑riflessjoni tagħha lill‑Isqfijiet. Bil‑pariri tagħha, il‑Kummissjoni Dottrinali ser tgħin ukoll lill‑Konferenza Episkopali fit‑tħejjija ta’ dokumenti li jgħinu lill‑poplu f’Malta u Għawdex fuq diversi aspetti tal‑fidi Nisranija…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof fil-Vatikan għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta għal Ruma biex jieħu sehem fil‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet fil‑Vatikan, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’. Is‑Sinodu ser jibda għada l‑Erbgħa, 3 ta’ Ottubru u jintemm il‑Ħadd, 28 ta’ Ottubru 2018.

    Għal dan is‑Sinodu li sejjaħ il‑Papa Franġisku ser jattendu 165 isqof, kif ukoll numru ta’ żgħażagħ minn madwar id‑dinja li flimkien ser jiddiskutu kif il‑Knisja twassal il‑messaġġ tagħha lill‑ġenerazzjoni żagħżugħa, u kif iż‑żgħażagħ stess jistgħu jwasslu l‑Bxara t‑Tajba tal‑Evanġelju…

  • Kompli aqra »

Netwerks, u mhux firda: It-tema għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni 2019

  • Christians must do more to make sure the media, especially social networks, are places of dialogue and respect for others, rather than instruments for highlighting differences and increasing divisions, said the prefect of the Vatican communications office.

    “The risk in our time is that of forming tribes instead of communities – tribes based on the exclusion of the other,” said Paolo Ruffini, the new prefect of the Dicastery for Communication…

  • Kompli aqra »

Dokumentarju ġdid biex jgħin lill-Kattoliċi jifhmu l-Quddiesa

  • “The Mass” is a new documentary that offers a step-by-step guide, through video format, on the meaning and purpose of the Catholic Mass, featuring Bishop Robert Barron, an auxiliary bishop for the Archdiocese of Los Angeles who uses media to educate people about the Catholic faith.

    According to Bishop Barron, in a time where people are more geared to watching videos, video format has the potential of reaching out to more people than possibly a book…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi

  • It-Tnejn, l-1 ta’ Ottubru 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-membri tal-ġudikatura fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2018-2019. Il-Quddiesa ser issir fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9am. 

     

  •  

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jistieden lill-Insara biex jitolbu r-Rużarju matul Ottubru

  • Il-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha sabiex matul ix-xahar ta’ Ottubru jitolbu kuljum ir-Rużarju u jitolbu lill-Verġni Marija u lill-Arkanġlu San Mikiel biex iħarsu l-Knisja mix-Xitan li qed jipprova jifred il-komunità Nisranija.

    Il-Papa għadda dan l-appell lis-saċerdot Ġiżwita Padre Frédéric Fornos li huwa id-Direttur Internazzjonali tan-Network Dinji ta’ Talb għall-Papa.

    Matul il-Quddiesa ċelebrata f’Dar Santa Marta fil-11 ta’ Settembru li għadda, Franġisku kien qal li t-talb hija dik il-qawwa li tirbah lill-Akkużatur il-Kbir, ix-Xitan li b’mod partikolari f’dawn iż-żmijiet qed idur id-dinja kollha jakkuża u jiskandalizza…

  • Kompli aqra »

Korsijiet għall-katekisti u l-ġenituri mis-Segretarjat għall-Katekeżi

  • Is-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jorganizza għadd ta’ korsijiet għal dawk kollha involuti fil-formazzjoni tat-tagħlim Nisrani. Il-korsijiet huma miftuħa kemm għall-katekisti u kif ukoll għall-ġenituri tat-tfal li qed jirċievu dan it-tagħlim Nisrani.

     

  • Irtiri għall-katekisti

    L-għan tal-irtir huwa li jagħti opportunità lill-katekisti biex  jirriflettu fuq temi relevanti fil-ministeru tagħhom li jgħinuhom isaħħu u jkabbru r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

Pro-business akkost ta’ kollox jew pro-komunità?

Reazzjoni mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) bħal għadd kbir ta’ ċittadini oħra, għadha maħsuda bid‑deċiżjoni tal‑Awtorità tal‑Ippjanar (PA) li tapprova l‑proġett estensiv ta’ db Group fil‑Bajja ta’ San Ġorġ. Bħalma għamlu ċittadini oħra li bħalha kienu inkwetati bil‑proposta ta’ dan il‑proġett, il‑KA kienet bagħtet l‑oġġezzjonijiet tagħha fit‑30 ta’ Mejju 2018.[1] Issa li d‑deċiżjoni ttieħdet, aktar milli toqgħod tirrepeti dawn l‑oġġezzjonijiet, il‑KA tħoss li jkun aktar f’waqtu tpoġġi għadd ta’ mistoqijiet li fil‑fehma tagħha jixirqilhom ikunu mwieġba:

    • Kif tista’ l‑PA torbot deċiżjoni bħal din mal‑missjoni tagħha li “taġixxi f’isem il‑komunità biex tipprovdi ambjent bilanċjat u sostenibbli,”[2] meta wieħed iqis li ġew injorati eluf ta’ oġġezzjonijiet kontra dan l‑iżvilupp? …
  • Kompli aqra »