L-Aħbarijiet

Il-Vatikan jipproponi 4 films għall-Ġublew tat-Tama

Hekk kif f’lejlet il-Milied, il-Papa Franġisku nieda l-Ġublew tat-Tama, il-Vatikan qed jipproponi erba’ films sabiex wieħed jarahom matul is-sena.

Id-Dekasteru tal-Evanġelizzazzjoni fil-Kurja Rumana mmexxi direttament mill-Papa Franġisku bħala Prefett tal-imsemmi dekasteru, jieħu ħsieb jippromwovi x-xandir tal-Evanġelju kif ukoll jagħraf iwieġeb il-mistoqsijiet fundamentali tal-evanġelizzazzjoni fid-dinja.

L-espert tal-Knisja fil-qasam ċinematografiku Mons. Dario Viganò għażel erba’ films li jistgħu jakkumpanjaw lill-pellegrini tat-tama matul is-sena tal-Ġublew… Kompli aqra »

Teen Klabb jiċċelebraw għaxar snin ta’ ħidma mal-adolexxenti

Ritratti: Mark Magro

Il-membri ta’ Fondazzjoni Kenosis iċċelebraw l-10 anniversarju ta’ Teen Klabb b’quddiesa ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-Knisja ta’ Sant’Ursola fil-Belt Valletta u djalogu mal-Arċisqof Charles Scicluna fiċ-Ċentru Santu Rokku.

Fondazzjoni Kenosis għandha l-għan li tippromwovi l-valuri Kattoliċi permezz tal-Faith Formation u Teen Klabb. B’mod prattiku Kenosis tfittex li tipprovdi ambjent fejn tfal u adolexxenti minn oqsma differenti tal-ħajja jistgħu jitrawmu u jiġu appoġġati spiritwalment… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur xogħol ta’ restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti

Ritratt: Ian Noel Pace

L-Arċisqof Charles Scicluna llum żar il-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta fejn bħalissa qed isir xogħol estensiv ta’ restawr u konservazzjoni.

Hu kien akkumpanjat mis-Sur Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u Rev. Dr Nicholas Doublet, il-President tal-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti.

Waqt iż-żjara, l-Arċisqof irringrazzja lil kull min ta jew qed jagħti sehmu sabiex dan il-patrimonju jkompli jkun ta’ servizz għas-soċjetà u jgħin fit-tfittix tal-verità u dak li hu sabiħ… Kompli aqra »

Titnieda t-tielet edizzjoni ta’ Caritas Run For Life

Caritas Malta ħabbret it-tielet edizzjoni ta’ Caritas Run For Life, li issa saret parti fissa mill-kalendarju tagħha. Din l-attività se ssir fit-2 ta’ Marzu 2025 u tinvolvi ġirja jew mixja miċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas f’Ħaż-Żebbuġ u lura.

L-adulti jistgħu jipparteċipaw fit-tlielaq tal-10km u l-5km jew fil-mixja ta’ 4km. It-tfal ta’ bejn is-sitt u d-disa’ snin jistgħu jieħdu sehem fit-tellieqa ta’ 1km u dawk bejn l-10 u t-13-il sena fit-2.5km… Kompli aqra »

Nofs miljun pellegrin diġà rifsu fuq l-għatba tal-Bieb Imqaddes ta’ San Pietru

Il-pellegrini jinġegħmu sa Via della Conciliazione lejn il-Bażilika ta’ San Pietru, ritratt Vatican News

Aktar minn nofs miljun pellegrin għaddew mill-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fl-ewwel ġimagħtejn tas-Sena tal-Ġublew 2025 f’temp ta’ ġimgħatejn biss.

Skont stqarrija għall-istampa maħruġa nhar it-Tlieta mis-Santa Sede, total ta’ 545,532 persuna minn madwar id-dinja għamlu l-pellegrinaġġ lejn Ruma.

Il-ftuħ tas-sena tal-Ġublew sar fl-24 ta’ Diċembru 2024 u minn dakinhar il-pellegrini bdew jaslu fi gruppi u jibdew pellegrinaġġ f’Via della Conciliazione – immexxija mis-Salib tal-Ġublew simboliku – biex jaslu fil-Bażilika ta’ San Pietru… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Sejħa biex nipproteġu t-tfulija u nrawmu t-tama

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nixtieq niddedika din il-katekeżi u li jmiss lit-tfal u nirrifletti fuq il-pjaga tax-xogħol tal-minuri.

Illum nafu kif naraw lil Mars u nixħtu ħarsitna lejn dinjiet virtwali, imma mbagħad inbatu biex inħarsu f’għajnejn tifel li tħalla fil-ġenb u li qed jiġi sfruttat u abbużat. Is-seklu li qed jiġġenera l-intelliġenza artifiċjali u jipproġetta ħajja fuq iktar minn pjaneta waħda għadu ma rnexxilux jindirizza l-pjaga tat-tfulija umiljata, sfruttata u midruba għall-mewt… Kompli aqra »

Żewġ taħdidiet dwar il-Ġublew tat-Tama

Organizzati mill-Parroċċa ta' Santa Marija f'Birkirkara

Ritratt: Ian Noel Pace

Il-Parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara se torganizza żewġ taħdidiet informattivi u ispirazzjonali dwar il-Ġublew tat-Tama.

It-taħdidiet se jsiru nhar il-Ġimgħa, 10 u 17 ta’ Jannar, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Birkirkara, fis-6:30pm. Dawn se jkunu mmexxija minn Dun Sinclair Bugeja u se jiffokaw fuq is-Sena tal-Ġublew kif ukoll fuq il-kunċett tat-tama fil-Bibbja.

Din hija opportunità ideali biex wieħed jirrifletti fuq is-sinifikat profond tat-tama Nisranija u jagħmel esperjenza spiritwali fil-qalb tas-Sena tal-Ġublew… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jaħtar mara biex tmexxi Dekasteru tal-Vatikan għall-ewwel darba

Sr. Simona Brambilla (Image: Vatican News)

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Knisja, il-Papa Franġisku ħatar mara li se tkun fit-tmun ta’ Dekasteru fil-Vatikan. Sor Simona Brambilla se tkun qiegħda taqdi l-irwol ta’ Prefett tad-Dekasteru tal-Istituti tal-Ħajja Kkonsagrata u s-Soċjetajiet tal-Ħajja Appostolika flimkien mal-Kardinal Ángel Fernández Artime li se jkun qed jassistiha bħala Pro-Prefett.

Is-soru ta’ 59 sena li hija membru tas-Sorijiet Missjunarji tal-Konsolata u serviet ta’ Superjura Ġenerali tal-istess Kongregazzjoni bejn l-2011 u l-2023, ilha segretarja tad-dipartiment tal-Vatikan għall-ħajja reliġjuża u kkonsagrata minn Ottubru tal-2023… Kompli aqra »

Get-together għall-Kandidati tas-Soċjetà

Il-kandidati, flimkien mal-kulturi tagħhom, iltaqgħu flimkien fl-iskola St Michael nhar is-Sibt, 4 ta’ Jannar, 2025, għall-get-together li jsir fil-bidu ta’ kull sena. Il-Kandidati stess ippreparaw din l-attività huma stess.

Fl-ewwel parti, fil-kappella tal-iskola, il-Kandidati rriflettew fuq l-imħabba bla tard li Alla għandu lejn il-bnedmin. Din l-imħabba imbagħad trid tiġi riflessa fl-imħabba lejhom infushom, u eventwalment, fl-imħabba fil-prattika lejn l-oħrajn. Wara tqassmu karti b’sentenzi mill-enċiklika Dilexit Nos ta’ Papa Franġisku u fuqha kitbu proponiment li jixtiequ jgħixu matul is-sena li għadha kif bdiet… Kompli aqra »

Festa tal-imħabba ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Epifanija tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna x-xandira tad-data tal-Għid, li se jaħbat fl-20 ta’ April li ġej. Din hija tradizzjoni antika ħafna li f’din il-festa tal-Epifanija jitħabbar jum kbir fil-kalendarju tal-qima tal-Knisja, jum Ħadd il-Għid il-Kbir.

Marbuta miegħu hemm il-bidu tar-Randan, il-festa l-kbira tal-Għid il-Ħamsin, ħamsin jum wara l-Għid, u festi oħra kbar marbutin magħhom. Imma fuq kollox hemm ukoll it-tħabbira li kull nhar ta’ Ħadd, aħna qed niċċelebraw il-Misteru tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet, wara kollox kif nagħmlu f’kull quddiesa li niċċelebraw… Kompli aqra »